Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Riforma li ser tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet fost ħaddiema li jaħdmu fl-ospitalità u t-turiżmu u tassigura prodott ta’ kwalità

PR231683
Date Icon 26/10/2023

F'konformità mal-Istrateġija tat-Turiżmu ta' Malta 2021-2030: Recover, Rethink, Revitalise, ġiet mwellda riforma li l-għanijiet tagħha ser ikunu li fl-immedjat tindirizza n-nuqqas ta' ħiliet li jeżistu fost ħaddiema barranin li jaħdmu fl-ospitalità u t-turiżmu f'Malta. Minn Jannar tas-sena dieħla, persuni barranin minn pajjiżi terzi, kemm dawk li għandhom bżonn viża u anke dawk eżentati minnha, jeħtieġ isegwu numru ta' taħriġ u assessjar li jinkludi  kors mandatorju fl-Ingliż li jinkludi s-settur tal-ospitalità, kors dwar il-prodott turistiku f'Malta, u kors ta' kif għandu jservi b'mod bażiku klijent u ħiliet oħrajn abbażi tal-linja li jkun għażel il-persuna bħal: bar, front office, restorant jew kċina.

Għal kull kors ser issir assessjar individwali għalih. Dan il-kors akkreditat mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-assessjar neċessarju jridu jagħmluh fil-pajjiż oriġini tagħhom online u ċ-ċertifikat maħruġ mill-ITS jintuża fl-applikazzjoni tagħhom mal-viża. Dawk li jgħaddu mill-istadji kollha inkluż il-verifiki neċessarji stabbiliti minn Identità u jiġu f'Malta, iridu jerġgħu jiġu sottometti għal eżami ieħor f'Malta biex jiġu eżaminati fil-prattika mill-ITS. Fin-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-istandards ta' kwalità, l-aġenzijia Identità mhux ser tkun qed toħroġ permess tax-xogħol lil ħaddiema barranin. Minn Ottubru tas-sena d-dieħla, dawk il-ħaddiema barranin li diġà jaħdmu fit-turiżmu lokalment iridu wkoll jpoġġu għal korsijiet u l-eżamijiet li fihom jiġu assessjati fuq il-ħiliet tagħhom bħal kif ser isir għal dawk li jixtiequ jiġu f'pajjiżna u jaħdmu fl-imsemmija industrija. F'każ li ħaddiem barrani li diġà qiegħed jaħdem hawnhekk ma jgħaddix, ma jiġġeddidx il-permess tax-xogħol. Minn Jannar tal-2025, ħaddiema barranin ġejjin mill-Unjoni Ewropea kif ukoll Maltin ser ikunu wkoll parti minn dan l-eżerċizzju importanti sabiex jiġu rikonoxxuti l-ħiliet tagħhom fl-industrija tat-turiżmu. L-għan aħħari ser ikun li tiġi introdotta skills card għal kull min jaħdem fl-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu. Din ir-riforma ser tkun immexxija mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi permezz tal-ITS Training School b'ħidma konġunta ma' Identità u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri. Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka kif din hija riforma bżonnjuża li ser tkun mifruxa fuq medda ta' snin. “Dan huwa l-ewwel pass tanġibbli mibni fuq edukazzjoni kontinwa u taħriġ effettiv li permezz tiegħu nibdew naraw servizz ta' kwalità ogħla offrut lill-Maltin, l-Għawdxin u anke t-turisti", kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo. Huwa żied jgħid li din ir-riforma hija l-ewwel pass minn serje li permezz tagħhom noffru prodott ta' eċċellenza fuq kull livell tal-industrija tal-ospitalità Maltija. Il-Ministru Byron Camilleri qal li hemm impenn li jibqa' jiġi miġġieled kwalunkwe tip ta' abbuż u dan permezz ta' diversi miżuri u spezzjonijiet, filwaqt li din il-miżura ser tassigura li f'dan is-settur jiġu mistiedna f'Malta biss ħaddiema ta' kwalità. “Permezz tal-kundizzjoni tal-iskill cards imħabbra llum, qed nistabilixxu standards ta' kwalità li jwasslu għal rekwiżiti li mingħajrhom ma jkunx jista' jinħareġ il-permess ta' residenza, mill-Aġenzija Identità. Din ir-riforma u linja tal-ħsieb għandu jkun estiż f'setturi oħra tal-ekonomija ta' pajjiżna sabiex kontinwament nesiġu l-kwalità", temm jgħid il-Ministru Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Riforma li ser tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet fost ħaddiema li jaħdmu fl-ospitalità u t-turiżmu u tassigura prodott ta’ kwalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Riforma li ser tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet fost ħaddiema li jaħdmu fl-ospitalità u t-turiżmu u tassigura prodott ta’ kwalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Riforma li ser tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet fost ħaddiema li jaħdmu fl-ospitalità u t-turiżmu u tassigura prodott ta’ kwalità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow