Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment ta’ €25 miljun fl-FSWS matul is-sena 2022

PR231682
Date Icon 26/10/2023

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) kellha allokazzjoni finanzjarja ta' €25 miljun matul is-sena 2022, li jfisser żieda fuq is-sena ta' qabel. Il-maġġoranza ta' dan il-finanzjament mar sabiex isaħħaħ is-servizzi offruti lil persuni li jkollhom bżonn sapport emozzjonali u legali, fost oħrajn.

Fil-fatt, mat-23,472 persuna fittxew l-għajnuna minn xi wieħed mid-diversi servizzi illi toffri il-Fondazzjoni fil-komunità.

Parti min-nefqa tmur ukoll f'investiment f'madwar 1,000 impjegat u speċjalista. Il-professjonijiet ivarjaw minn social workers, pedjatri tat-tfal, infermiera u  tobba speċjalizzati.

Dawn id-dettalji ngħataw waqt it-tnedija tar-rapport annwali tal-FSWS, li jagħti rendikont dettaljat tal-ħidma tal-Fondazzjoni, waqt is-sena 2022.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tkellem dwar l-importanza illi jkun hemm iktar interess fil-professjoni ta' social worker, hekk kif jeħtieġ aktar professjonisti f'dan il-qasam. Il-Ministru Falzon elenka wkoll għall-fatt illi dan il-Gvern kompla jżid l-inċentivi, tant illi l-applikazzjonijiet tal-istipendji għas-Social Workers issa żdiedu għal €187 kull erba' ġimgħat.

“Komplejna nsaħħu l-infrastruttura tal-uffiċini għad-Direttorat għall-Kura Alternattiva, bil-għan illi niġbru s-servizzi kollha taħt saqaf wieħed. Saħħaħna il-politika li tipproteġi u tgħin tfal li jinsabu f'kura alternattiva. Komplejna ninvestu f'kampanji ta' fostering u  adozzjonijiet, u anke qed nkomplu nħeġġu adozzjonijiet lokali," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, l-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti ta preżentazzjoni dettaljata dwar is-servizzi offruti li huma l-aktar mfittxija, fosthom servizzi relatati ma' vizzji, vjolenza domestika u saħħa mentali, fost oħrajn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment ta’ €25 miljun fl-FSWS matul is-sena 2022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment ta’ €25 miljun fl-FSWS matul is-sena 2022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment ta’ €25 miljun fl-FSWS matul is-sena 2022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment ta’ €25 miljun fl-FSWS matul is-sena 2022
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow