Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti għan-nies fil-qalba tal-kommunitajiet mill-Aġenzija LESA

pr231664
Date Icon 24/10/2023

L-Aġenzija LESA qed tkompli tinvesti fil-qalba tal-komunitajiet Maltin u Għawdxin. Dan b'żewġ proġetti oħra li ser igawdu minnhom ir-residenti tal-Fgura u Santa Luċija. Fil-fatt, mill-2021 sal-lum, il-LESA qed tinvesti €3.3miljun f'61 proġett f'diversi lokalitajiet, b'21 minnhom huma lesti, filwaqt li 40 għadhom qed jiġu implimentati. Bħalissa il-LESA wkoll qed tikkonkludi l-allokazzjoni ta' fondi għas-sena d-dieħla fejn diversi Kunsilli Lokali diġà resqu 'l quddiem bil-proposti tagħhom sabiex igawdu minn finanzjament ta' proġetti ġodda fil-qalba tal-lokalitajiet rispettivi.

Permezz ta' investiment ta' madwar €100,000, il-lokalitajiet tal-Fgura u Santa Luċija issa wkoll għandhom vetturi elettriċi għall-qadi u l-bżonnijiet tal-komunitajiet. Dan hu investiment ieħor fin-nies, li jolqot direttament lil dawk l-iżjed vulnerabbli, għal iżjed attività fis-soċjetà tagħna.  Dawn jingħaqdu, fost oħrajn, mal-lokalitajiet tal-Furjana, Kalkara, Ħal-Lija u San Lawrenz f'Għawdex li lkoll wettqu proġetti simili.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri qal li l-Aġenzija LESA qed tkompli tinvesti fil-komunità anke bi sħab mal-Kunsilli Lokali.

“Il-LESA qed tibqa' ssostni l-investiment dirett għan-nies, fil-qalba tal-komunitajiet tagħna. Il-Fgura u Santa Luċija issa għandhom vannijiet elettriċi bil-għan li jwasslu persuni anzjani, jew inkella dawk li għandhom problemi ta' mobbilità, għal qadi ta' bżonnijiet mediċi jew għal xi attività fil-lokalità. B'dan il-mod, il-LESA qiegħda ssarraf b'mod tanġibbli id-dħul minn kontravenzjonijiet fi proġetti importanti li jagħtu kwalità ta' ħajja aħjar lin-nies," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Min-naħa tagħha, s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li dawn iż-żewġ proġetti għall-użu tal-komunitajiet f'Santa Luċija u fil-Fgura huma l-frott ta' ftehim li kien sar bejn l-aġenzija LESA u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. “Permezz ta' dan il-ftehim, dawn iż-żewġ Kunsilli Lokali ser ikunu qed joffru servizz li jagħti aċċess faċli lir-residenti għas-servizzi neċessarji ta' kuljum," saħqet is-Segretarju Parlamentari.

Min-naħa tagħhom, is-Sindku ta' Santa Luċija, Charmaine St. John u s-Sindku tal-Fgura, Pierre Dalli, stqarrew kif il-fondi tal- LESA kienu ta' sostenn għal-lokalitajiet li huma jmexxu sabiex iwettqu proġetti importanti li minnhom jibbenefikaw ir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi. Qalu kif dawn il-vetturi se jkunu ta' servizz għall-anzjani fiż-żewġ lokalitajiet għall-bżonnijiet essenzjali tagħhom.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali, Lianne Cassar u l-Kap Eżekuttiv tal-LESA, Svetlick Flores.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti għan-nies fil-qalba tal-kommunitajiet mill-Aġenzija LESA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti għan-nies fil-qalba tal-kommunitajiet mill-Aġenzija LESA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti għan-nies fil-qalba tal-kommunitajiet mill-Aġenzija LESA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar proġetti għan-nies fil-qalba tal-kommunitajiet mill-Aġenzija LESA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow