Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija l-inizjattiva Children’s Dreams

PR231659
Date Icon 23/10/2023

Illum tnediet l-inizjattiva annwali għal żmien il-Milied, Children's Dreams, li għandha l-għan li tferraħ lit-tfal billi taqta' x-xewqa tagħhom b'rigal fi żmien il-Milied.

Fl-edizzjoni ta' din is-sena hemm mal-1780 Children's Dreams, ta' tfal li jistgħu jkunu qed jgħixu kemm mal-familji tagħhom kif ukoll f'residenzi li jaqgħu taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS).

Il-pubbliku u entitajiet oħra jistgħu jaċċessaw dawn ix-xewqat billi jżuru s-sit childrendreams.org sabiex jagħmlu realtà dawn ix-xewqat. Wara li r-rigal ikun inxtara jitwassal direttament għand it-tfal mill-ħaddiema tal-Fondazzjoni. Il-ħolm tat-tfal ivarja, minn ġugarell sa biljetti biex jaraw il-film favorit tagħhom fiċ-ċinema; u saħansitra xi kors f'xi dixxiplina jew snajja' partikolari.

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, flimkien mat-tmexxija tal-FSWS, tennew l-appell tagħhom sabiex ikunu megħjuna mijiet ta' tfal b'ġesti żgħar iżda għalihom huma importanti u ta' valur kbir.

Kull min jixtieq iktar informazzjoni jista' jagħmel kuntatt fuq 99282198 jew fuq l-indirizz elettroniku childrendreams@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija l-inizjattiva Children’s Dreams
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija l-inizjattiva Children’s Dreams
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow