Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Titnieda l-Pink Box Campaign tal-Kunsill Reġjonali tal-Punent

pr231655
Date Icon 23/10/2023

‘Pink Box Campaign’ hija inizjattiva mill-Kunsill Reġjonali tal-Punent li l-għan ewlieni tagħha huwa li tkompli tkisser l-istigma u tqajjem aktar kuxjenza fuq il-femminilità u l-kura tas-saħħa tal-mara. Għal din l-inizjattiva l-Kunsill Reġjonali tal-Punent ser iqassam kaxxi roża mimlija bi prodotti sanitarji lill-għaxar kunsilli lokali fi ħdanu u fil-ħames skejjel sekondarji li jinsabu fl-istess reġjun. Dawn il-prodotti jistgħu jintużaw mill-istudenti u mill-ħaddiema tal-iskejjel u tal-kunsilli lokali. 

Waqt it-tnedija ta’ din l-inizjattiva, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, faħħret lill-Kunsill Reġjonali tal-Punent għall-impenn tiegħu favur din l-inizjattiva filwaqt li qalet li din l-inizjattiva hija waħda mill-ħafna inizjattivi li jwettqu l-kunsilli reġjonali fil-qalba tal-komunitajiet.

“Il-gvern kommess li jkompli jsaħħaħ il-kunsill reġjonali billi jkun ta’ sostenn permezz tar-riżorsi meħtieġa, bil-għan li jkomplu jwettqu inizjattivi u jimplimentaw proġetti li jgħinu fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Kommessi li l-kwalità tal-ħajja tibqa’ fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ dan il-gvern,” saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 

Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Reġjonali tal-Punent, Elke Sghendo, spjegat li l-idea għal din l-inizjattiva ġiet ispirata minn għaqda mhux governattiva Pollakka li tippromwovi l-importanza tal-kura tas-saħħa tan-nisa. Hija spjegat ukoll li din l-inizjattiva tikkumplimenta kampanja kollaborattiva oħra mal-Malta Guides li tiffoka fuq l-importanza tat-tisħiħ tan-nisa fis-soċjetà. 

Il-Pink Box Campaign se tibqa’ għaddejja matul ix-xahar ta’ Novembru. 

Għal din it-tnedija kien hemm diversi rappreżentanti mill-kunsilli lokali fi ħdan ir-Reġjun Punent. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Titnieda l-Pink Box Campaign tal-Kunsill Reġjonali tal-Punent
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Titnieda l-Pink Box Campaign tal-Kunsill Reġjonali tal-Punent
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Titnieda l-Pink Box Campaign tal-Kunsill Reġjonali tal-Punent
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow