Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jintlaqa’ mill-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja David Hurley

PR231633
Date Icon 19/10/2023

Dalgħodu, il-President ta' Malta, George Vella, intlaqa' mill-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja, David Hurley, f'Admiralty House f'Sydney.

L-iskambji ffukaw fuq in-natura eċċellenti tar-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Awstralja. Il-President Vella esprima wkoll l-appoġġ ta' Malta biex jitrawmu relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja. Ġiet diskussa wkoll il-kooperazzjoni fil-Commonwealth dwar kwistjonijiet bħat-tibdil fil-klima u l-istati gżejjer żgħar.

Saret referenza wkoll għas-sitwazzjoni globali, speċjalment l-impatt u r-riperkussjonijiet tal-gwerra fl-Ukrajna u l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani, biż-żewġ partijiet sostnew li qegħdin isegwu dawn l-avvenimenti mill-qrib.

Il-Gvernatur Ġenerali Hurley faħħar lill-komunitajiet Maltin fi stati Awstraljani differenti u l-kontribut tagħhom għat-tkabbir tal-pajjiż. Il-President Vella u l-Gvernatur Ġenerali Hurley qablu li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Awstralja jmorru lil hinn mill-migrazzjoni u li ż-żewġ pajjiżi għandhom valuri u prinċipji simili.

Il-President Vella kien akkumpanjat minn Stefan Zrinzo Azzopardi, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, flimkien mad-delegazzjoni tiegħu.

L-għan ewlieni taż-żjara tal-President Vella fl-Awstralja huwa li jiltaqa' mal-komunitajiet Maltin f'diversi stati Awstraljani. Il-Ħamis filgħodu, il-President żar il-George Cross Falcons Club f'Sydney, fejn ingħata merħba sabiħa mill-komunità Maltija. Il-President Vella sellem ukoll il-memorja tal-Maltin li servew mal-forzi Awstraljani u li tilfu ħajjithom fl-Ewwel u t-Tieni Gwerer Dinjija.

Aktar tard, il-President żar il-Kunsill Malti ta' New South Wales. Imwaqqaf fl-1967, dan il-Kunsill jippromwovi l-identità Maltija billi jipprovdi appoġġ soċjali, kulturali u rikreattiv u assistenza soċjali lill-komunità Maltija f'New South Wales.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jintlaqa’ mill-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja David Hurley
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jintlaqa’ mill-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja David Hurley
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jintlaqa’ mill-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja David Hurley
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Vella jintlaqa’ mill-Gvernatur Ġenerali tal-Commonwealth tal-Awstralja David Hurley
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow