Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Trasport sostenibbli u sikur: Ippublikati għall-konsultazzjoni pubblika miżuri li se jiffurmaw il-qafas tal-istrateġija għaċ-ċikliżmu; projbiti l-e-kick scooters tal-kiri

PR231632
Date Icon 19/10/2023

Miżuri tal-istrateġija nazzjonali għaċ-ċikliżmu

Ġew ippubblikati għall-konsultazzjoni pubblika, wieħed u tletin (31) miżura li se jservu bħala l-bażi tal-istrateġija nazzjonali għaċ-ċikliżmu għas-snin li ġejjin.

L-istrateġija għaċ-ċikliżmu, li se tkun iffinalizzata f'Jannar tas-sena 2024, se tkun qed tilħaq l-għanijiet li ġejjin:

  1. Qabża notevoli mill-użu ta' vetturi privati għar-roti;
  2. Titjib fil-kwalità tal-arja;
  3. Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra;
  4. Stil ta' ħajja aħjar;
  5. Ambjent urban aktar abitabbli.

    Il-miżuri ppreżentati jkopru firxa wiesgħa ta' inizjattivi u huma miġbura fi tliet kategoriji ewlenin: l-infrastruttura u r-roti, r-regoli u s-sikurezza, u l-informazzjoni u l-għarfien.

    Id-dokument jista' jiġi aċċessat fuq https://bitly.ws/XNuJ. Ir-rispons dwar id-dokument u l-miżuri li jinsabu fih se jiġu milqugħa permezz ta' kwestjonarju. In-nies jistgħu wkoll jipprovdu l-ħsibijiet tagħhom permezz ta' email fuq consultations.mtip@gov.mt jew bil-posta indirizzata lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Casa Leoni, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera. Is-sottomissjonijiet se jiġu aċċettati sal-Ħamis 23 ta' Novembru f'nofsinhar.


    Projbizzjoni fuq il-kiri ta' e-kick scooters

    Fl-ewwel ta' Marzu tas-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ projbizzjoni fuq il-kiri ta' e-kick scooters, filwaqt li l-użu tal-e-kick scooters privati xorta se jkun permissibbli skont il-liġi li hemm fis-seħħ. Il-Gvern se jintroduċi inċentivi li jħeġġu lil min jixtieq juża dan il-mezz ta' trasport biex ikollu l-e-kick scooter tiegħu.

    Dan bil-għan li l-użu tal-e-kick scooters isir b'mod iktar responsabbli u b'inqas inkonvenjent għall-komunitajiet u n-nies, li minkejja ż-żieda fl-infurzar u l-multi, baqgħu isofru min inkonvenjent ikkawżat minn e-kick scooters tal-kiri. Dawn ir-riżorsi tal-infurzar se jkunu ffukati wkoll fuq xogħol ieħor bħala parti minn ħidma mifruxa biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq.

    Għal darb'oħra hawn qed tittieħed azzjoni favur l-ordni u s-sigurtà tan-nies.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow