Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’sostenn finanzjarju għal Luxol St Andrews Futsal Club matul il-UEFA Champions League tal-Futsal

pr231626
Date Icon 19/10/2023

VisitMalta ser tkun qegħda tappoġġja lil Luxol St Andrews Futsal Club matul l-esperjenza tagħhom fil-UEFA Champions League tal-Futsal. Grazzi għal dan is-sostenn finanzjarju ta' €10,000, VisitMalta ser tkun viżibbli fuq il-flokkijiet tat-tim tal-Luxol fil-logħbiet li għandhom il-ġimgħa d-dieħla kontra ċ-Champions Ewropej tal-Futsal FC Barcelona,  Sporting Anderlecht u Loznica-Grad 2018.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-preżenza tat-tmexxija u d-diriġenza ta' Luxol St Andrews Futsal Club.

Il-Ministru Clayton Bartolo stqarr li l-għan ta' VisitMalta m'għadux sempliċiment li jattira t-turisti lejn pajjiżna. “Irridu nkomplu nkunu ta' spalla mal-għaqdiet sportivi u dawk kollha li għandhom l-aspirazzjoni jikkompetu f'isem Malta barra minn xtutna fi kwalunkwe dixxiplina sportiva. M'hemm xejn isbaħ li jkollna Maltin stess li jagħmlu isem għalihom infushom u reklam sabiħ għal Malta," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef qal li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ser issaħħaħ l-impenn tagħha li tkompli tagħti importanza lit-turiżmu sportiv. “Din hija niċċa emerġenti fil-prodott turistiku ta' pajjiżna li qiegħda tagħtina riżultati pożittivi. It-turiżmu sportiv ser jgħinna bil-kbir biex inkomplu nattiraw turiżmu ta' kwalità ogħla fuq medda ta' sena sħiħa," temm jgħid Carlo Micallef.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’sostenn finanzjarju għal Luxol St Andrews Futsal Club matul il-UEFA Champions League tal-Futsal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’sostenn finanzjarju għal Luxol St Andrews Futsal Club matul il-UEFA Champions League tal-Futsal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’sostenn finanzjarju għal Luxol St Andrews Futsal Club matul il-UEFA Champions League tal-Futsal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’sostenn finanzjarju għal Luxol St Andrews Futsal Club matul il-UEFA Champions League tal-Futsal
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow