Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li l-prezzijiet tal-mediċini ma jiġux affettwati b’mod negattiv b’riżultat tal-Urban Wastewater Directive

PR231611
Date Icon 17/10/2023

'Il-ħarsien tal-ambjent u l-ħarsien tal-pazjenti huma importanti indaqs' – il-Ministru Miriam Dalli

Malta ppreżentat dikjarazzjoni biex tkun inkluża fil-minuti tal-Kunsill Ewropew għall-Ambjent hekk kif il-ministri tal-ambjent iddiskutew approċċ ġenerali dwar proposta biex tiġi riveduta d-Direttiva dwar l-Urban Wastewater, qabel taħditiet bejn l-istituzzjonijiet Ewropej.

Filwaqt li appoġġat l-għanijiet tad-direttiva, Malta qajmet tħassib dwar l-impatt li jista' jkollha l-Extended Producer Responsibility (EPR) għall-farmaċewtiċi fuq il-konsumatur aħħari: il-pazjenti.

F'Lussemburgu, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli sostniet li filwaqt li wieħed jifhem ir-raġunament wara l-iskema EPR, irid ikun hemm is-salvagwardji kollha biex il-pazjenti ma jiġux affettwati b'mod negattiv.

“Il-ħarsien tal-ambjent huwa essenzjali daqs kemm hu essenzjali li nipproteġu lill-pazjenti tagħna u niżguraw saħħithom," qalet il-Ministru Dalli.

Bħala gżira b'sorsi estremament limitati ta' ilma ħelu, Malta tappoġġja l-għanijiet tad-direttiva. Id-direttiva għandha l-għan li tillimita l-antibijotiċi, il-pestiċidi, il-farmaċewtiċi u l-mikroplastiks li jispiċċaw fid-drenaġġ. Iżda Malta esprimiet ir-riżervi tagħha, biex tiżgura li l-protezzjoni tal-pazjent tkun qed tiġi indirizzata kif suppost.

“Bla dubju li din hija kwistjoni li tapplika għall-pazjenti kullimkien fl-Unjoni Ewropea, iżda għal Stat Membru bħal Malta din il-kwistjoni tkompli tiġi amplifikata bi kwistjoni ewlenija addizzjonali – dik tal-aċċessibilità għal mediċini kritiċi," qalet Dalli.

“Dejjem ngħidu li għandna bżonn tranżizzjoni ġusta fejn ħadd ma jitħalla lura. Dan huwa wieħed minn dawk il-każijiet. L-ambizzjonijiet ambjentali tagħna ma jistgħux jiġu bi spiża soċjali negattiva għal dawk l-aktar vulnerabbli fl-Istati Membri tagħna," kompliet il-Ministru.

Miriam Dalli tenniet li waqt in-negozjati li se jkun hemm mal-Parlament Ewropew, huwa importanti li l-pazjenti u l-ħtiġijiet tagħhom jibqgħu fiċ-ċentru tad-diskussjoni.

Il-pożizzjoni ta' Malta sabet l-appoġġ tal-Presidenza Spanjola, li b'reazzjoni għall-intervent tal-Ministru Dalli qablet li l-kwistjoni tal-pazjenti u l-aċċessibilità għall-mediċini kienu punti importanti, b'mod speċjali li l-aċċessibilità tkun dejjem protetta anke f'sitwazzjonijiet speċifiċi u differenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li l-prezzijiet tal-mediċini ma jiġux affettwati b’mod negattiv b’riżultat tal-Urban Wastewater Directive
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow