Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imfakkra l-ħajja u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila

pr231590
Date Icon 13/10/2023

Ix-xahar ta' Ottubru huwa marbut mat-twelid u mal-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, li twieled f'Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 ta' Ottubru 1871 u miet f'San Ġiljan nhar it-13 ta' Ottubru 1961.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, akkumpanjat mis-Sindku tal-Floriana Vincent Borg, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta Frans Agius u r-rappreżentanti tal-Kumitat Festi Nazzjonali, sellmu lill-poeta nazzjonali b'ċerimonja ta' tqegħid ta' fjuri fuq il-mafkar tal-poeta fil-Furjana.

“Il-poeta nazzjonali Dun Karm kien forza importanti biex Malta minn ġens saret nazzjon, mhux biss bit-tħaddim tajjeb immens tal-lingwa Maltija imma anke għall-messaġġi b'saħħithom li kien jgħaddi li sawru sens ta' identità nazzjonali mill-iktar b'saħħitha. Grazzi għall-poeta nazzjonali, aħna bħala poplu esprimejna bl-aqwa mod l-ambizzjoni tagħna għall-identità tagħna," qal il-Ministru Owen Bonnici.

Apparti ċ-ċerimonja tal-lum, nhar il-21 ta' Novembru se tittella' serata apposta relatata mat-tema taż-żmien fil-poeżija ta' Dun Karm.  Din is-serata se tittella' fis-Sala Agatha Barbara, fil-Palazz tal-President, Ħ'Attard.  Matul is-serata se jiġu interpretati siltiet mużikali miktuba apposta mill-kantawtur Mario Debono bis-sehem ta' Corazon Mizzi li wkoll se tmexxi l-istess serata. Apparti minn hekk se jinqraw poeżiji marbuta mat-tema minn Philip Farrugia Randon u tiġi interpretata poeżija bl-isem “Għal Dun Karm" mill-awtur stess Charles Coleiro. 

Matul is-serata se tiżviluppa taħdita marbuta mat-tema “Iż-żmien fil-poeżija ta' Dun Karm".

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imfakkra l-ħajja u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imfakkra l-ħajja u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow