Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aħħar preparamenti għall-attività Birgufest

PR231561
Date Icon 10/10/2023

L-attività tal-Birgufest, li tittella' mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, se ssir nhar il-Ġimgħa 13 u s-Sibt 14 ta' Ottubru. Il-programm għall-edizzjoni ta' din is-sena jinkludi diversi attivitajiet kulturali u artistiċi bis-sehem ta' gruppi lokali, kif ukoll barranin. L-għan ewlieni tal-attività huwa li jattira nies madwar il-gżejjer Maltin u turisti sabiex igawdu l-kultura u l-istorja li toffri l-belt storika u marittima tal-Birgu.

“Grazzi għall-Iskema għall-Attivitajiet Kulturali Annwali maħruġa din is-sena, għal darba'oħra l-Kunsill Lokali tal-Birgu ser itella' din l-attività li tiċċelebra l-kultura u t-tradizzjonijiet tal-lokal," qalet is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli. Hija spjegat li apparti li attivitajiet bħal dawn huma importanti sabiex inżommu l-kultura Maltija ħajja, l-attivitajiet kulturali huma importanti wkoll għall-impatt ekonomiku pożittiv li jħalli fil-ħwienet, negozji u għaqdiet volontarji tal-lokal.

L-attività “Birgu by Candlelight", li saret sinonima ħafna mal-Maltin kif ukoll mat-turisti, se ssir nhar is-Sibt, 14 ta' Ottubru. Għal din l-attività d-dwal tat-toroq tal-Birgu jintfew kollha u minflok, it-toroq jinxtegħlu b'eluf ta' xemgħat li joħolqu atmosfera mill-isbaħ.

Għal din l-attività ser jintużaw aktar minn 20,000 xemgħa, grazzi għall-impenn u d-dedikazzjoni tar-residenti u n-negozji fil-Birgu. Dawn ix-xemgħat ser ikunu mifruxa fit-toroq u sqaqien tal-lokalità kollha u ser joħolqu atmosfera billi jdawlu lill-lokalità kollha.

Is-Sindku tal-Birgu, John Boxall qal li l-attività tal-Birgufest baqgħet tevolvi ma' kull edizzjoni. “Din is-sena se jkun hawn diversi attivitajiet li jilħqu l-gosti ta' kulħadd, inkluż taħditiet fuq l-ilsien Malti u d-djalett tal-Kottonera, gruppi mużikali folkloristiċi, ikel tradizzjonali Malti, infjorata, esibizzjonijiet fuq il-lokal u suq tal-artiġġjanat Malti, fost l-oħrajn," spjega s-Sur Boxall.

Għal aktar informazzjoni fuq l-attività żur il-paġna ta' Facebook tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aħħar preparamenti għall-attività Birgufest
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aħħar preparamenti għall-attività Birgufest
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aħħar preparamenti għall-attività Birgufest
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aħħar preparamenti għall-attività Birgufest
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow