Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Insaħħu l-għarfien u l-edukazzjoni dwar is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ

pr231549
Date Icon 07/10/2023

Aġenzija Żgħażagħ, b'kollaborazzjoni mal-European Union Programmes Agency (EUPA), organizzat seminar bit-titlu 'Mental Health – Minds in Motion' sabiex tipprovdi aktar għarfien u edukazzjoni dwar is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ, ftit jiem qabel il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali li jiġi ċċelebrat fl-10 t'Ottubru.

Dan is-seminar laqqa' diversi stakeholders li jaħdmu maż-żgħażagħ, fosthom youth workers u edukaturi oħra li jipprovdu assistenza professjonali liż-żgħażagħ. Flimkien setgħu jaqsmu ħsibijiet dwar il-qagħda attwali u x'jista' jsir sabiex titjieb l-edukazzjoni tas-saħħa mentali f'pajjiżna. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti kien wieħed mill-kelliema waqt dan is-seminar.

Fl-indirizz tiegħu huwa qal kemm huwa importanti li jsiru dawn it-tip ta' seminars bl-involviment ta' diversi nies li jaħdmu fis-settur sabiex ikomplu jtejbu l-qagħda tas-saħħa mentali f'pajjiżna.

“Meta nitkellmu dwar is-saħħa mentali, ftit li xejn insemmu liż-żgħażagħ. Iżda qegħdin naraw li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed ikollna każijiet ta' problemi ta' saħħa mentali fost iż-żgħażagħ għal diversi raġunijiet. Irridu naraw kif nistgħu nkunu ta' sostenn u neliminaw it-tabù li għandna dwar is-saħħa mentali," kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billi qal li b'azzjonijiet bħal dawn qegħdin ikomplu jimxu mal-Pjan Strateġiku taż-Żgħażagħ 2030, billi jħarrġu aktar lill-professjonisti li jaħdmu maż-żgħażagħ sabiex ikollhom aktar għarfien u edukazzjoni wiesgħa li tippermettilhom jagħtu servizz aħjar liż-żgħażagħ f'Malta u Għawdex.

Fl-indirizz tagħha waqt is-seminar, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma qalet, “Dan is-seminar huwa frott l-impenn li l-professjonisti li jaħdmu maż-żgħażagħ, fosthom il-youth workers li jaħdmu fl-istess aġenzija, qegħdin iwettqu. Irridu li suġġett delikat bħalma huwa dan dwar is-saħħa mentali jkompli jissemma' biex b'hekk inqajmu aktar kuxjenza u edukazzjoni mingħajr preġudizzju."

Tkellmet ukoll il-Manager tal-Programm Erasmus+ u European Solidarity Corps Marvic Debono fejn stqarret kemm huma importanti li jiġu individwati għodod li bihom il-professjonisti li jaħdmu maż-żgħażagħ jistgħu jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom u jipprovdu l-għajnuna meħtieġa.

“In-National Tool Fair qiegħda tagħti dan l-ispazju lill-kollaboraturi li jaħdmu maż-żgħażagħ biex mhux biss jaqsmu dak li jafu ma' professjonisti oħra fis-settur lokali, iżda li wħud minnhom jitilgħu jitħarrġu u jaqsmu l-esperjenzi professjonali tagħhom fl-International Tool Fair li se tittella' fl-Irlanda f'Novembru li ġej. B'hekk ikollna aktar għarfien globali tas-sitwazzjoni taż-żgħażagħ, f'dan il-każ fis-saħħa mentali, u nsibu aktar mezzi li nipprovdu l-għajnuna professjonali meħtieġa," temmet tgħid is-Sa Debono.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Insaħħu l-għarfien u l-edukazzjoni dwar is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Insaħħu l-għarfien u l-edukazzjoni dwar is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow