Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Uffiċjal eżekuttiv ewlieni ġdid għall-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

PR231530
Date Icon 05/10/2023

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi, b'konsultazzjoni mal-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, ħatar lit-Tabiba Dr Josianne Cutajar bħala l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għal din l-awtorità. Din il-ħatra qed issir b'effett minn nhar l-Erbgħa 11 ta' Ottubru 2023.

Il-ħatra tas-CEO il-ġdida qed issir hekk kif is-CEO preżenti, Dr Mark Gauci, qed itemm il-ħatra tiegħu hekk kif laħaq l-età tal-irtirar. Dr Josianne Cutajar hija tabiba u għandha karriera twila fil-qasam tal-immaniġġjar ta' servizzi tas-saħħa u fil-kura tal-anzjani. Għal dawn l-aħħar għaxar snin hija kienet Uffiċjal Kap Eżekuttiv tar-residenza għall-anzjani, San Vinċenz de Paule.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi awgura lil Dr Cutajar għall-ħatra tagħha u rringrazzja lil Dr Mark Gauci għall-ħidma tiegħu f'din l-awtorità sa minn meta twaqqfet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Uffiċjal eżekuttiv ewlieni ġdid għall-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow