Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat investiment għall-ġid tal-komunità f’sala teatru u faċilitajiet sportivi ġodda fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija

pr231529
Date Icon 05/10/2023

L-iskola sekondarja ta' Santa Luċija fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More issa għandha sala teatru u faċilitajiet sportivi mill-isbaħ għall-ġid tal-istudenti, tal-edukaturi u tal-komunità. Dawn il-faċilitajiet saru b'investiment ta' €4.6 miljun li ġie inawgurat proprju fil-jum internazzjonali ddedikat għall-għalliema, mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Din l-iskola nbniet fis-snin disgħin imma qatt ma kellha sala jew faċilitajiet sportivi u għalhekk l-istudenti u l-edukaturi kellhom jużaw swali barra dan il-kumpless edukattiv. “Dan huwa investiment dirett ieħor fl-edukaturi u fl-istudenti, li permezz tiegħu qed naraw li jkun hemm ambjent edukattiv xieraq u modern f'din l-iskola u b'hekk issa dawn l-istudenti u l-edukaturi għandhom ukoll sala teatru u faċilitajiet sportivi li jistgħu jużaw mingħajr il-bżonn li joħorġu barra minn dan il-kumpless edukattiv", qal il-Ministru Grima.

Il-Ministru Grima afferma li l-pajjiż jirrikonoxxi s-sehem imprezzabbli tal-edukaturi fis-settur edukattiv u għalhekk qed jara li dawn ikollhom l-aqwa ambjent fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Is-sala li għandha kapaċità ta' madwar 450 ruħ bilqiegħda tista' tintuża għal attivitajiet diversi u wkoll bħala teatru. Maġenb is-sala inbena wkoll kumpless sportiv li jista' jintuża għal diversi dixxiplini sportivi, fosthom għall-basketball, il-futsal, il-badminton u il-volleyball. Apparti dan, fuq il-bejt ta' dawn is-swali ġie żviluppat roof garden li żied l-ispazju rikreattiv ta' barra għall-istudenti.

“Permezz ta' dan l-investiment qed naraw ukoll li kemm l-edukaturi u wkoll l-istudenti jgawdu minn spazji ħodor fuq barra. Din hija parti mill-viżjoni tagħna li naraw li nieħdu ħsieb il-ġid tal-edukatur u l-istudent anki fl-ambjent edukattiv", spjega l-Ministru Grima. Dawn iż-żewġ proġetti eventwalment se jkunu jistgħu jitgawdew ukoll mill-komunità, għaliex il-faċilitajiet għandhom daħliet separati mill-iskola, biex proprju jkunu jistgħu jintużaw mill-komunità barra l-ħin tal-iskola.

L-investiment infrastrutturali li qed isir fis-settur edukattiv huwa bla preċedent, tant li bħalissa għaddej xogħol ukoll fuq proġetti oħrajn li se jkunu wkoll inawgurati fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin. Ix-xogħol fuq is-sala teatru u l-faċilitajiet sportivi sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni, Cory Greenland, spjega x-xogħol tekniku li sar fuq il-faċilitajiet u qal, “Bix-xogħol li qed tagħmel il-fondazzjoni, qed nagħmlu qabża 'l quddiem fl-infrastruttura edukattiva għall-benefiċċju tal-edukaturi u l-istudenti". Għall-inawgurazzjoni kienu wkoll preżenti uffiċjali tal-ministeru, il-prinċipal tal-kulleġġ, il-kap tal-iskola u s-Sindku ta' Santa Luċija, Charmaine St John.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat investiment għall-ġid tal-komunità f’sala teatru u faċilitajiet sportivi ġodda fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat investiment għall-ġid tal-komunità f’sala teatru u faċilitajiet sportivi ġodda fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat investiment għall-ġid tal-komunità f’sala teatru u faċilitajiet sportivi ġodda fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat investiment għall-ġid tal-komunità f’sala teatru u faċilitajiet sportivi ġodda fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow