Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-sostenibbiltà tas-settur tas-sajd diskuss waqt il-Kungress MedFish4Ever li ttella’ f’

pr231521
Date Icon 04/10/2023

F'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta, 140 delegat minn 15-il pajjiż, li jagħmlu parti mill-Kumissjoni dwar is-Sajd Ġenerali tal-Mediterran (GFCM), tlaqqgħu għat-tieni jum tal-Kungress MedFish4Ever, li ġie organizzat flimkien mal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tal-Ġnus Magħquda (FAO) u l-GFCM.

18-il kelliem, fosthom Ministri minn pajjiżi madwar il-Mediterran, taw il-viżjoni u l-impenn tagħhom dwar  kif ser jaċċelleraw u jiggarantixxu is-sonstenibilitá fis-settur tas-sajd. Sar ukoll aċċenn mill-kelliema dwar il-kontroll u twaqqif ta' sajd illegali, l-ekosistemi u l-isfidi riċenti ta' speċi aljeni, fost prijoritajiet oħrajn. Saħqu fuq sforz komuni sabiex flimkien jiġu megħluba dawn l-isfidi.

Fid-diskors tagħha fit-tieni jum ta' dan il-Kungress, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said spjegat kif Malta kompliet taħdem biex ittejjeb il-governanza nazzjonali b'rabta mas-settur tas-sajd filwaqt li tiżviluppa settur tal-akwakultura sostenibbli.

Tenniet l-importanza dwar kif Malta tara l-bżonn li ssaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-pajjiżi ġirien Mediterranji sabiex jiġu assigurati l-isforzi li qed isiru fid-dawl tal-istokk tal-ħut u l-ekosistemi. Is-Segretarju Parlamentari stqarret li Malta tenfasizza dwar il-bżonn ta' implimentazzjoni b'mod gradwali ta' miżuri li jipproteġu l-għajxien tas-sajjieda filwaqt li ssejjaħ għall-opportunitajiet indaqs fil-qasam tas-sajd.

“Irridu nżommu f'moħħna l-kunċett ta' qsim ta' riżorsi u l-bżonn li nikkollaboraw flimkien għas-sostenibbiltà ta' dan is-settur. Flimkien nemmen li nistgħu niksbu settur aktar ekonomikament vijabbli iżda sostenibbli," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo spjega l-għan wara dawn il-laqgħat u d-diskussjonijiet importanti li saru f'pajjiżna. “Huwa importanti li ngħarfu l-isfidi preżenti, imma huwa importanti wisq aktar li ngħarfu l-opportunitajiet u nibdlu skont il-ħtieġa sabiex dejjem naraw li s-sajd u l-akwakultura fil-Meditteran ikunu sostennibli". 

Il-Ministru għamel referenza wkoll għad-dikjarazzjoni tal-MedFish4Ever li kienet iffirmata f'pajjiżna lura fl-2017, fejn permezz tagħha n-nazzjonijiet fir-reġjun ikkommettew li jieħdu passi 'l quddiem f'dan ir-rigward. Il-Ministru semma kif f'dawn l-aħħar snin saru avvanzi 'l quddiem, anka fid-dawl li d-dinja għaddiet minn pandemija li affetwat mhux ftit is-settur tas-sajd u l-akwakultura.

“Minkejja dawn l-isfidi kollha, illum ninsabu hawnhekk sabiex flimkien naffaċċjaw dawn l-isfidi, sfidi li qed jinbidlu f'opportunitajiet. Huwa għalhekk li bħala mexxejja rridu naraw li dejjem nilħqu l-miri tad-dikjarazzjoni tal-MedFish4Ever," temm jgħid il-Ministru Refalo filwaqt li rringrazzja lid-delegazzjonijiet preżenti f'pajjiżna u appella sabiex flimkien jippreservaw ir-riżorsi tal-Mediterran mhux biss għal-lum iżda anka għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Min-naħa tiegħu, il-konsulent speċjali għall-Kummissarju Ewropew Virginijus Sinkevičius, Karmenu Vella, qal “Id-dikjarazzjoni tal-MedFish4Ever hija ferm għal qalbi minħabba li kienet ġiet maqbula proprju f'Malta. Għandna tassew inkunu kburin b'dak li lħaqna, b'mod kollettiv, minn dakinhar sal-lum. Bnejna qafas robust permezz tal-Istrategija 2030 u l-pjan ta' azzjoni li sar. Jeħtieġ li nkomplu nuru rieda politika biex nimplimentaw f'mod sħiħ dan il-pjan ta' azzjoni.  L-UE kienet, għadha u se tibqa' kommessa li twettaq dak li ġie maqbul permezz tal-MedFish4Ever, għaliex irridu nkomplu noħolqu futur reżiljenti għall-komunitajiet tagħna, li nirrestawraw u nipproteġu l-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi tal-baħar, u li noħolqu ambjent tax-xogħol sostenibbli u dinjituż għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-sostenibbiltà tas-settur tas-sajd diskuss waqt il-Kungress MedFish4Ever li ttella’ f’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-sostenibbiltà tas-settur tas-sajd diskuss waqt il-Kungress MedFish4Ever li ttella’ f’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-sostenibbiltà tas-settur tas-sajd diskuss waqt il-Kungress MedFish4Ever li ttella’ f’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-sostenibbiltà tas-settur tas-sajd diskuss waqt il-Kungress MedFish4Ever li ttella’ f’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-sostenibbiltà tas-settur tas-sajd diskuss waqt il-Kungress MedFish4Ever li ttella’ f’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow