Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tospita l-Kungress tal-Medfish4ever

pr231512
Date Icon 03/10/2023

140 delegat minn 15-il pajjiż mill-Mediterran f'Malta għall-MedFish4Ever

Pajjiżna bħalissa qed jospita l-Kungress MedFish4Ever, fejn 140 delegat minn 15-il pajjiż li jagħmlu parti mill-Kumissjoni dwar is-Sajd Ġenerali tal-Mediterran (GFCM) qed jitlaqqgħu taħt saqaf wieħed.

Il-Kungress, li qed jiġi organizzat flimkien mal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tal-Nazzjonijiet Magħquda (FAO) u l-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) ra l-ftuħ tiegħu llum, 3 ta' Ottubru, u se jkun qed ikompli għada, 4 ta' Ottubru.

Dan il-kungress qed jiġi organizzat ħames snin wara d-Dikjarazzjoni tal-MedFish4Ever, liema ftehim kien intlaħaq f'pajjiżna fl-2017. Wara diversi xhur ta' negozjati xprunati mill-Kummissjoni Ewropeja, din id-dikjarazzjoni laħqet ftehim għal perjodu ta' għaxar snin, bl-għan li tipproteġi s-saħħa ekoloġika, ekonomika u ambjentali tal-baħar Mediterran.

Fil-ftuħ uffiċjali tal-Kungress, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said tenniet l-importanza ta' dan il-kungress fejn spjegat kif permezz tiegħu qed jiġu diskussi kemm s-suċċessi kif ukoll l-isfidi li jiffaċċjaw is-sajjieda u l-operaturi fis-settur tal-akwakultura.

“Bħala persuna li ġejja minn komunità tas-sajd f'Malta, kif ukoll ili naħdem għal diversi snin biex intaffu l-isfidi preżenti dwar is-sostenibbiltà fis-settur marittimu, għandi apprezzament kbir għax-xogħol iebes u għad-dedikazzjoni li jesebixxu s-sajjieda tagħna ta' kuljum. Il-ħajja fuq il-baħar mhix waħda faċli u għalhekk, bħala komunità Mediterranja, għandna naħdmu id f'id biex ngħinu lis-sajjieda fil-ħidma tagħhom," tenniet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Is-Segretarju Parlamentari qalet kif dawn l-aħħar snin urew b'mod ċar, permezz ta' evidenza xjentifika, il-kriżi ekoloġika li qed naffaċċjaw mhux biss bl-istokk tal-ħut iżda għall-bijodiversità kollha. Kompliet li t-tibdil fil-klima qed jaċċellera u jridu jirriflettu b'mod urġenti jekk dak li qed jagħmlu hux biżżejjed.

Semmiet kif f'Malta saret konsultazzjoni wiesgħa mas-sajjieda fejn permezz tagħha ġew imfassla, fost oħrajn, proposti leġislattivi li se jiġu diskussi fil-Parlament. Is-Segretarju Parlamentari qalet kif ġew introdotti wkoll miżuri speċifiċi biex jinkoraġġixxu lis-sajjieda żgħażagħ, fosthom kwota għall-qbid tat-tonn għal sajjieda taħt l-età ta' 41 sena.

“Din il-konferenza timmarka pass importanti ieħor f'dan il-qasam fejn għandna l-opportunità biex flimkien, bħala Mediterran, naħdmu b'għan wieħed għal settur aktar b'saħħtu għas-sajjieda u ċ-ċittadini kollha," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tospita l-Kungress tal-Medfish4ever
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tospita l-Kungress tal-Medfish4ever
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tospita l-Kungress tal-Medfish4ever
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow