Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg fi Kyiv fl-Ukrajna għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin

PR231501
Date Icon 02/10/2023

“Malta hija kommessa li tibqa' tagħti l-għajnuna u l-appoġġ tagħha għall-Ukrajna u l-poplu tagħha kontra din l-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa." Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt laqgħa ministerjali tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea (UE) li saret fi Kyiv fl-Ukrajna.

Waqt l-intervent tiegħu, fil-preżenza tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Kuleba, il-Ministru Ian Borg saħaq kif il-fatt li s-27 Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea għamlu l-vjaġġ tagħhom lejn l-Ukrajna huwa sinjal ċar u qawwi lid-dinja li dan il-blokk se jibqa' jkun ta' appoġġ.

Il-Ministru Ian Borg spjega kif Malta dejjem wriet biċ-ċar li lesta tappoġġja lill-poplu Ukren b'kull mezz possibbli fil-parametri kostituzzjonali tagħha. Dan qed nuruh ukoll biċ-ċar anke permezz tal-ħidma tagħna fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

“Bħala wieħed mill-membri  mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda,  ħadna bosta inizjattivi biex nuru l-appoġġ tagħna lejn l-Ukrajna u l-poplu Ukren u dan se nibqgħu nagħmluh, b'mod partikolari biex inqajmu aktar għarfien għal ftehim ta' paċi sostenibbli u ekwitabbli. Nemmnu li huwa essenzjali li nibqgħu nadvokaw sabiex il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Magħquda jiġu rispettati u ninkoraġġixxu għall-iffaċilitar ta' diskussjonijiet biex naslu għall-għan aħħari tal-paċi," tenna l-Ministru Borg.

Il-Ministru Borg assigura li Malta se tkompli tagħti l-għajnuna tagħha anke fuq bażi bilaterali għaliex temmen fil-paċi u tagħti l-appoġġ tagħha sabiex l-Ukrajna tilħaq l-10 miri tal-pjan ta' paċi tal-President Zelenskyy. Kompla jgħid ukoll kif huwa essenzjali li jiddiskutu wkoll l-impatt globali li qed iġġib fuq l-ekonomiji globali.

Malta  kompliet turi l-appoġġ tagħha għall-kandidatura tal-istess Ukrajna fil-familja tal-Unjoni Ewropea  u  ħeġġet lill-Ukrajna biex tkompli bir-riformi  meħtieġa  fl-isfond tal-ħidma li qed issir f'dan ir-rigward.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg fi Kyiv fl-Ukrajna għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg fi Kyiv fl-Ukrajna għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg fi Kyiv fl-Ukrajna għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg fi Kyiv fl-Ukrajna għall-Kunsill tal-Affarijiet Barranin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow