Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tisħiħ tal-komunitajiet b’attivitajiet interġenerazzjonali fil-qalba tagħhom

pr231472
Date Icon 27/09/2023

Mas-sena skolastika ġdida, tfal u anzjani mill-Kalkara issa jistgħu jgawdu mill-proġett School Grannies li beda bħala proġett pilota lura fl-2021. Dan il-proġett daħal fis-seħħ permezz ta' ftehim li ġie ffirmat bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Kunsill Lokali tal-Kalkara. Wara sejħa ta' interess mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara, l-istudenti tal-iskola Primarja tal-Kalkara se jkollhom żewġ school grannies  jassistuhom huma u deħlin u ħerġin mill-iskola.

L-għan aħħari ta' dan il-kunċett huwa li persuni ikbar fl-età u li rtiraw mix-xogħol jew li issa naqsulhom ir-responsabbiltajiet familjari jkunu mħeġġa jibqgħu attivi fil-komunità, filwaqt li tiġi promossa interazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet.

Waqt żjara fl-ewwel ġurnata ta' din is-sena skolastika fil-Kalkara, s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli segwiet l-ischool grannies jassistu lit-tfal deħlin l-iskola. Hija awguratilhom sena mill-aqwa, filwaqt li faħħret l-impenn tagħhom għal din l-inizjattiva. “L-attività interġenerazzjonali tikkontribwixxi għal soċjetà aktar inklużiva, billi nnaqqsu d-differenzi bejn il-ġenerazzjonijiet u jrawmu rispett u ftehim reċiproku," qalet Zerafa Civelli.

L-irwol ta' School Grannies jitlob li, persuni b'din ir-responsabbiltà jkunu ħdejn l-iskola biex jilqgħu lit-tfal waqt li deħlin u ħerġin mill-iskola, skont skeda preparata mill-Kunsill Lokali. B'kollaborazzjoni mal-pulizija, huma jgħinu wkoll biex iwaqqfu u/jew jidderieġu t-traffiku u jgħinu lit-tfal biex jaqsmu t-triq.

Is-Sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina spjega li din l-inizjattiva ser issarraf f'diversi vantaġġi pożittivi fil-komunità Karkariża u ser tkompli ssaħħaħ is-sens komunitarju fil-lokalità. “Persuni 'l fuq minn 60 sena ser ikollhom l-opportunità li jkunu qrib it-tfal fil-komunità, filwaqt li ta' kuljum it-tfal ser isibu lil min jilqagħhom, jitkellem magħhom u jigwidahom barra mill-bieb tal-iskola," spjega s-Sur Aquilina. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, Renzo Degabriele wera s-sodisfazzjon li din l-inizjattiva interġenerazzjonali, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara, qed tkun ta' suċċess. Huwa ħeġġeġ aktar Kunsilli Lokali jipparteċipaw f'din l-inizzjattiva.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tisħiħ tal-komunitajiet b’attivitajiet interġenerazzjonali fil-qalba tagħhom
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tisħiħ tal-komunitajiet b’attivitajiet interġenerazzjonali fil-qalba tagħhom
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tisħiħ tal-komunitajiet b’attivitajiet interġenerazzjonali fil-qalba tagħhom
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tisħiħ tal-komunitajiet b’attivitajiet interġenerazzjonali fil-qalba tagħhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow