Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Ftehim li se jtina karriera ta’ kwalità iżda anki jħalli l-ġid fil-komunità

pr231469
Date Icon 27/09/2023

L-infermiera laqgħu b'mod pożittiv il-ftehim ġdid issiġillat bejn il-Gvern u l-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, li se jwassal biex mal-4,000 ħaddiem fis-servizz tas-saħħa pubblika se jkunu qegħdin jieħdu pagi u kundizzjonijiet aħjar. Fi kliem ħaddiema tas-saħħa, dan il-ftehim mhux biss se jolqot lilhom b'mod pożittiv iżda dawn wasslu sentiment li dan il-ftehim se jkun ta' ġid għall-komunità.

L-infermiera fissru kif f'qasam daqstant importanti bħalma huwa s-settur tas-saħħa, il-ftehim għall-infermiera, il-qwiebel u l-ECG technicians huwa ftehim li se jgawdi minnu anki l-pazjent u kulmin jirċievi s-servizz tas-saħħa. L-infermier Clayton Turner spjega s-sodisfazzjon tiegħu li l-ftehim se jwassal titjib fid-dħul tal-infermiera li jwettqu xogħolhom b'dedikazzjoni kbira fosthom ma' pazjenti li jeħtieġu kura akuta. Fisser il-ħidma kollettiva li ssir biex il-pazjent ma jkun jonqsu xejn. L-infermiera Francesca Bondin irrimarkat kif dan il-ftehim huwa inizjattiva favur inkoraġġiment biex aktar żgħażagħ jagħżlu l-vokazzjoni ta' infermiera. Qalet kif il-ftehim bl-aqwa kundizzjonijiet għall-ħaddiema tas-saħħa fil-fatt isaħħaħ il-professjoni tal-infermiera għaliex din il-professjoni hi waħda li biha wieħed jista' jibni karriera ta' kwalità.

Wara l-iffirmar tal-ftehim, li għalih anki attenda l-Prim Ministru Robert Abela, li spjega kif il-ftehim juri impenn ċar ta' Gvern li jinvesti fil-ħaddiema, mhux b'inqas f'qasam li jagħti servizz importanti lin-nies, tkellmu wkoll id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega li bil-ftehim settorjali ffirmat, il-Gvern qed juri tabilħaqq li jinvesti fis-sistema tas-saħħa li hi tajba għax hi mħaddma minn ħaddiema b'dedikazzjoni liema bħalha. Il-Ministru Jo Etienne Abela nnota kif l-infermiera qed jieħdu l-aqwa pakkett fl-istorja u dan għandu jgħin mhux biss finanzjarjament lill-ħaddiema iżda anki fit-taħriġ tal-ħaddiema u jkompli jtejjeb l-effiċjenza fis-servizz tas-saħħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow