AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ Pyrrolizine alkaloids.
Il-pyrrolizidine alkaloids huma grupp ta’ tossini naturali sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta’ pjanti differenti. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u għall-annimali bħala riżultat tal-preżenza tagħhom fil-katina alimentari (Sors: EFSA Journal Vol 15, Issue 7 – Jul 2017)
Deskrizzjoni tal-prodott: Kemmun mitħun (Gound Cumin)
Ditta: Intertropico
Lott: E0000668
Użin: 200g
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en