Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja dwar il-Kumitat Paralimpiku Malti fil-Parlament ta’ Malta

pr231442
Date Icon 23/09/2023

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, fetaħ uffiċjalment “Wirja dwar il-Kumitat Paralimpiku Malti fil-Parlament ta' Malta".  

F'diskors tal-okkażjoni, l-Ispeaker appella lill-awtoritajiet konċernati li huma għandhom dejjem jibqgħu qrib dawk kollha li huma impenjati f'dan il-qasam biex ħutna u wlied Malta tagħna, persuni b'diżabilità, ikomplu jirċievu kull għajnuna li jeħtieġu biex jgħixu ħajja b'dinjità. 

L-Ispeaker faħħar il-programm edukattiv “I'm POSSIBLE"intiż biex joħloq l-ambjent ideali biex persuni b'diżabilità iħossuhom milqugħa minn sħabhom u persuni oħra, bil-għan li dawn il-persuni jingħataw l-għajnuna sabiex  jaslu biex jagħtu l-kontribut tagħhom fl-iżvilupp ta' pajjiżhom.

Il-konferenza kienet ndirizzata wkoll mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport u x-Xandir Nazzjonali Graham Bencini, u l-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Graziella Galea.

Il-pubbliku hu mistieden iżur din il-wirja fil-Parlament ta' Malta sas-Sibt, 30 ta' Settembru 2023, matul il-ġimgħa (mit-Tnejn sal-Ġimgħa) bejn id-9.00 ta' filgħodu u s-6.00 ta' filgħaxija, u festi pubbliċi, Sibtijiet u Ħdud bejn id-9.00 ta' filgħodu u nofsinhar.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja dwar il-Kumitat Paralimpiku Malti fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja dwar il-Kumitat Paralimpiku Malti fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja dwar il-Kumitat Paralimpiku Malti fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja dwar il-Kumitat Paralimpiku Malti fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja dwar il-Kumitat Paralimpiku Malti fil-Parlament ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow