Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: “Il-50 anniversarju ta’ relazzjonijiet bilaterali u t-termini tagħna fuq l-Kunsill tas-Sigurtà qed isaħħu l-kooperazzjoni tagħna mal-Emirati Għarab Magħquda” – il-Ministru Ian Borg

pr231422
Date Icon 21/09/2023

“Qed jiġi nnutat kif il-50 anniversarju mill-bidu tar-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda qed iwasslu għal aktar kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bil-għan li ż-żewġ popli jibbenefikaw minn ftehimiet u relazzjonijiet kummerċjali pożittivi." Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt laqgħa bilaterali importanti mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda, ix-Sheikh Abdullah bin Zayed Al Nahyan.

Ingħad kif din il-laqgħa bilaterali serviet biex jittieħed rendikont tal-ħidma li nbdiet fl-aħħar żmien u b'hekk jibqa' jkun hemm kooperazzjoni u aktar koordinament. Iż-żewġ Ministri esprimew il-fatt anke fid-dawl tal-ftehim li sar bejn il-Kmamar tal-Kummerċ taż-żewġ pajjiżi, fejn l-interess għall-kummerċ qed ikompli jiżdied.

Il-Ministri ddiskutew ukoll l-ħidma konġunta li qed issir fuq bażi multilaterali fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u faħħru lil xulxin fuq il-mod kif iż-żewġ pajjiżi mexxew it-terminu tal-Presidenza  tagħhom. Id-diskussjoni żvolġiet ukoll dwar ir-reġjun tal-Golf u anke r-relazzjoni mal-Unjoni Ewropea.

Matul il-jum tal-Erbgħa, il-Ministru Borg, f'isem Malta, attenda wkoll għal ċerimonja ta' ffirmar ta' ftehim taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda għal-Liġi tal-Baħar; konvenzjoni li kien id-Diplomatiku Malti Avrid Pardo li ta bidu għad-diskussjonijiet għaliha. Il-Ministru Borg spjega kif dan il-ftehim jittratta l-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali. Huwa sostna kif huwa fid-dmir tagħna li din il-konvenzjoni tibqa' tiġi msaħħa biex tkun garantita s-sostenibbiltà tal-oċeani u l-ibħra ta' madwarna.

Il-Ministru attenda wkoll għall-pranzu tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin fir-reġjun Transatlantiku, organizzata mis-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken, fejn kompla jinstema' l-bżonn ta' sinerġija ekonomika u soċjali bejn l-Amerka u l-Ewropa.

Il-Ministru Ian Borg akkumpanja wkoll lill-Prim Ministru Robert Abela waqt sessjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda li trattat il-paċi u s-sigurtà fl-Ukrajna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: “Il-50 anniversarju ta’ relazzjonijiet bilaterali u t-termini tagħna fuq l-Kunsill tas-Sigurtà qed isaħħu l-kooperazzjoni tagħna mal-Emirati Għarab Magħquda” – il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: “Il-50 anniversarju ta’ relazzjonijiet bilaterali u t-termini tagħna fuq l-Kunsill tas-Sigurtà qed isaħħu l-kooperazzjoni tagħna mal-Emirati Għarab Magħquda” – il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: “Il-50 anniversarju ta’ relazzjonijiet bilaterali u t-termini tagħna fuq l-Kunsill tas-Sigurtà qed isaħħu l-kooperazzjoni tagħna mal-Emirati Għarab Magħquda” – il-Ministru Ian Borg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow