Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-PM fil-Kunsill tas-Sigurtà: Biex jingħelbu l-isfidi kbar li qed tiffaċċja d-dinja, il-pajjiżi jeħtieġ li jaħdmu flimkien

pr231416
Date Icon 20/09/2023

“Ma jistax ikollna paċi jekk min hu b'saħħtu jgħaffeġ fuq iż-żgħir."  Kien b'dan id-diskors li l-Prim Ministru Robert Abela indirizza laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-paċi u s-sigurtà fl-Ukrajna. 

Hawn il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-isfidi l-kbar li qed tiffaċċja d-dinja llum jistgħu jkunu megħluba biss jekk il-pajjiżi jaħdmu flimkien. 

“Irridu nippromwovu l-valuri komuni fi żmien fejn dawn qed ikunu imminati u mhedda. Irridu nipproteġuhom u nwieġbu b'mod adegwat kontra kull ksur ta' dawn il-valuri," semma l-Prim Ministru Abela li rrefera għal kif il-kunflitti qegħdin jiżdiedu. 

“Id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem jinsabu taħt attakk sistematiku. L-inugwaljanzi qed jiżdiedu. Id-disinformazzjoni u l-kampanji tal-misinformazzjoni qed iżidu wkoll it-tensjoni," irrimarka l-Prim Ministru. Huwa quddiem dawn l-isfidi kollha li ħadd ma jista' jaġixxi waħdu.

Meta tkellem b'mod dirett dwar l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, il-Prim Ministru tkellem dwar l-effetti fuq il-poplu Ukren filwaqt li żied li din il-gwerra thedded ukoll l-istess Kunsill tas-Sigurtà. “Kull gwerra tħalli effett devastanti u din mhux eċċezzjoni," qal il-Prim Ministru li tkellem dwar effetti oħra tal-istess gwerra, inkluż bi kriżi ta' ikel u prezzijiet dejjem jiżdiedu.

Hawn il-Prim Ministru reġa' tenna li l-impenn ta' Malta għall-paċi, id-djalogu u l-multilateraliżmu jibqa' b'saħħtu bħal dejjem. Fl-istess ħin appella biex il-forzi u l-militar Russu jirtira mill-Ukrajna.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-PM fil-Kunsill tas-Sigurtà: Biex jingħelbu l-isfidi kbar li qed tiffaċċja d-dinja, il-pajjiżi jeħtieġ li jaħdmu flimkien
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow