STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
pr231415
20/09/2023
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jiċħad b'mod kategoriku stqarrija u rapporti li ma ttieħdet l-ebda azzjoni dwar sitwazzjoni fi skola bejn Kap ta' Skola u għalliema.
Fil-fatt meta kien infurmat b'din is-sitwazzjoni, il-Ministeru qabbad bord indipendenti biex jistħarreġ is-sitwazzjoni u jwassal rakkomandazzjonijiet għat-triq 'il quddiem.
Il-Ministeru qiegħed janalizza b'reqqa r-rapport sottomess u se jieħu l-passi kollha neċessarji fl-aħjar interess tal-partijiet kollha involuti, fuq quddiem nett, l-interess tal-istudenti.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en