STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Malta bi prijoritajiet soċjali għall-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Fil-Belġju, f'laqgħa bilaterali mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u Politika Soċjali Belġjan Frank Vandenbrouche, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon tkellem dwar il-prijoritajiet soċjali li Malta se tkun qed tpoġġi quddiem il-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE, li se tibda f'Jannar tas-sena d-dieħla.
Il-Ministru Michael Falzon saħaq fuq l-importanza illi l-Presidenza Belġjana tkompli tibni fuq temi importanti fosthom il-European Pillar of Social Rights. Saħaq ukoll fuq l-impenn tal-Gvern Malti illi jkompli jimbotta 'l quddiem l-aġenda soċjali fil-Kunsill tal-Ewropa.
Il-Ministru Michael Falzon żied jgħid illi se jkompli jaħdem sabiex il-kollaborazzjoni fil-qasam soċjali bejn Malta u l-Belġju tibqa' waħda soda, filwaqt li jkompli x-xogħol fuq politika li tkun iffukata fuq in-nies.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Frank Vandenbrouche saħaq illi bħala pajjiż il-Belġju qed jaqbel ma' Malta fuq numru ta' inizjattivi soċjali u anki fuq il-liġijiet il-ġodda li jiffukaw fuq il-platform workers.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en