Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Il-gvern b’impenn sabiex ikompli jsaħħaħ l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u s-servizzi tal-kura tas-saħħa għal persuni LGBTIQ+

pr231365
Date Icon 15/09/2023

Fi tmiem il-Konferenza Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li għaliha kienet preżenti s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg, komplew jiġu diskussi temi marbuta mal-persuni LGBTIQ+ u d-drittijiet tal-bniedem. Tul it-tlett ijiem tal-konferenza ħadu sehem mat-300 delegat minn madwar 50 pajjiż.

Fil-konferenza saru diskussjonijiet miftuħa dwar diversi temi li jolqtu b’mod partikulari l-komunità LGBTIQ+. Fost dawn kien hemm sessjoni li ffokat fuq is-saħħa sesswali u fuq kif is-servizzi tas-saħħa jistgħu jilħqu aħjar il-ħtiġijiet partikulari ta’ din il-faxxa tal-komunità. Attivisti u esperti ddiskutew kif is-servizzi tas-saħħa jistgħu jkunu iktar inklussivi u kif tista’ titneħħa l-istigma u preġudizzji soċjali fuq persuni  tal-komunità LGBTIQ+ li jfittxu s-servizzi mill-qasam tas-saħħa.

Waqt il-konferenza nstemgħu esperjenzi personali ta’ individwi fuq il-mixja tagħhom biex bdew jgħixu b’mod awtentiku l-ġeneru tagħhom. Il-konferenza trattat ukoll is-sehem importanti tal-ġenituri biex l-ulied jiġu aċċettati u mhux imwarrba minħabba l-identità tal-ġeneru tagħhom. F’din is-sessjoni, il-konferenza ddiskutiet l-isfidi iżda wkoll semgħet stejjer ta’ suċċess ta’ ġenituri li laqgħu b’idejhom miftuħa u ħaddnu magħhom lil uliedhom LGBTIQ+.

Waqt il-konferenza ġew diskussi wkoll strateġiji biex ikunu indirizzati l-isfidi kbar li l-komunitajiet LGBTIQ+ għadhom qed jiffaċċjaw f’pajjiżi oħra.

Il-konferenza kienet organizzata mid-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, flimkien mal-Allied Rainbow Communities.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg esprimiet sodisfazzjon li l-konferenza laħqet l-iskop tagħha u serviet ta’ pjattaforma għal diskussjoni infurmata dwar bosta temi li jikkontribwixxu biex persuni LGBTIQ+ jgħixu ħajjithom b’dinjità, b’rispett, u b’mod awtentiku. 

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg żiedet tgħid li din il-konferenza tkompli mal-attivitajiet oħra tal-EuroPride Valletta 2023 biex tingħata vuċi u appoġġ lil din il-komunità, u serviet ukoll bħala mezz ta’ għarfien u edukazzjoni li huma għodod importanti kontra l-preġudizzji li għandhom ikomplu jsaħħu r-rieda għall-bidliet fil-mentalità.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Il-gvern b’impenn sabiex ikompli jsaħħaħ l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u s-servizzi tal-kura tas-saħħa għal persuni LGBTIQ+
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA: Il-gvern b’impenn sabiex ikompli jsaħħaħ l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u s-servizzi tal-kura tas-saħħa għal persuni LGBTIQ+
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow