Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment fl-iskejjel – titjib f’faċilitajiet sportivi f’diversi skejjel

pr231363
Date Icon 15/09/2023

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni kompla għaddej bil-ħidma fuq proġetti ta' grawnds sportivi fl-iskejjel, bil-għan li tittejjeb l-infrastruttura sportiva fl-iskejjel tal-Istat kemm għal skopijiet ta' rikreazzjoni kif ukoll biex jitjieb il-livell tal-edukazzjoni sportiva.

Bħalissa qed isir xogħol ta' turf artifiċjali ġdid fl-iskola sekondarja tal-Imrieħel u fl-iskola primarja ta' Ħal Kirkop li se jkunu lesti għas-sena skolastika 2023-2024. Dan l-investiment qed isir ukoll fl-isfond tal-politika nazzjonali biex tkun indirizzata l-obeżità fost it-tfal u wkoll biex titrawwem kultura sportiva fit-tfal.

Matul dawn is-sentejn twettqu diversi proġetti ta' faċilitajiet sportivi f'diversi skejjel b'investiment ta' madwar €1 miljun.

Dalgħodu, il-Ministru Clifton Grima żar ix-xogħol li qed isir fl-iskola sekondarja tal-Imrieħel u qal, “Ix-xogħol li qed nagħmlu fis-settur sportiv mhux biss fuq livell nazzjonali, imma qed naraw li anki fis-settur edukattiv nagħtu ambjent aktar xieraq lill-ispazji sportivi u rikreattivi li għandhom l-iskejjel. Dawn il-proġetti se jipprovdu spazji aħjar għall-istudenti tagħna filwaqt li rridu nkomplu nippromwovu l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku u tal-isport minn età żgħira. Għalhekk, qed naraw li l-ispazji miftuħa jkunu adegwati biex l-istudenti jkollhom spazji aħjar li fihom ikunu jistgħu jipprattikaw l-isport u eżerċizzji fiżiċi".

Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq żewġ proġetti maġġuri oħrajn mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) relatati mal-isports. Dawn huma l-kumpless sportiv fl-iskola sekondarja ta' Santa Luċija, b'investiment ta' madwar €4.6 miljun li se jitlesta dan ix-xahar, u l-bini ta' grawnd ġdid tal-futbol fil-kumpless edukattiv tan-Naxxar, b'investiment ta' madwar €14.3 miljun.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-FTS, Dr Neville Young, il-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Tereża, Victor Agius, u l-Kap tal-Iskola, Mario Bugeja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment fl-iskejjel – titjib f’faċilitajiet sportivi f’diversi skejjel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment fl-iskejjel – titjib f’faċilitajiet sportivi f’diversi skejjel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment fl-iskejjel – titjib f’faċilitajiet sportivi f’diversi skejjel
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow