Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Għawdex bit-tieni Pride March bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet tal- EuroPride Valletta 2023

pr231328
Date Icon 10/09/2023

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-EuroPride Valletta 2023 żvolġew f'Għawdex fejn is-Sibt saret il-Pride March, segwita b'kunċert bis-sehem ta' diversi kantanti lokali. Preżenti kien hemm il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li din iċ-ċelebrazzjoni ta' mħabba, diversità u ugwaljanza qiegħda timmarka l-istorja ta' Għawdex u ta' Malta fil-qasam tad-drittijiet soċjali u dan wara l-avvanzi kbar li għamel pajjiżna tant li fid-drittijiet LGBTIQ+ jinsab fuq quddiem nett fid-dinja. Il-Ministru Camilleri fakkar kif “sentejn ilu ftaħna l-Qawsalla Hub, uffiċċju ġdid fil-qalba tal-Belt Victoria, li l-Ministeru għal Għawdex għadda lill-organizzazzjoni LGBTIQ+ GOZO, sena ilu ktibna l-istorja wara li għamilna l-ewwel Pride March li qatt saret f'Għawdex u llum kburin li qed nospitaw eluf ta' barranin, Maltin u Għawdxin għall-EuroPride Valletta 2023 Gozo Pride March. Dan kollu huwa xhieda kemm il-qasam tal-ugwaljanza huwa fiċ-ċentru tal-politika ta' dan il-Gvern." Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li filwaqt li flimkien qed niċċelebraw il-progress li għamilna u l-kisbiet kollha li rnexxielna niksbu, għandna nibqgħu nħarsu 'l quddiem li nkomplu bil-vjaġġ għal dinja aktar inklussiva u futur ugwali għal kulħadd.

F'kelmtejn qabel il-kunċert, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg qalet li l-parteċipazzjoni f'dawn l-attivitajiet twassal messaġġ qawwi li Malta u Għawdex huma kburin  bl-avvanzi li saru fl-aħħar snin, u determinati li jsaħħu dawn il-kisbiet b'riformi oħrajn li jagħtu aktar drittijiet ċivili. Waqt li rringrazzjat lill-parteċipanti, is-Segretarju Parlamentari Buttigieg saħqet li flimkien qegħdin nibnu soċjetà li tħaddan il-valuri tal-ugwaljanza li tixraq lil uliedna.

“L-ugwaljanza mhijiex tolleranza li sempliċiment taċċetta li l-persuna hija differenti. L-ugwaljanza tfisser ħafna aktar għaliex hija mod ta' għajxien ta' soċjetà li temmen f'komunità ugwali, bla preġudizzju, bla diskriminazzjoni u bla mibegħda u b'rispett reċiproku," qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.  

Intant, preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni kien hemm ukoll Catherine Camilleri, Ko-ordinatriċi ta' LGBTI+ Gozo, li esprimiet kemm bħala organizzazzjoni jinsabu kburin li pparteċipaw fit-tieni Pride March f'Għawdex u  qieset dan il-mument bħala unur għaliha li qed sservi bħala rappreżentanta tal-komunità LGBTIQ+ f'Għawdex. Is-Sa Camilleri, waqt li enfasizzat il-valuri ewlenin tal-komunità, saħqet fuq l-importanza ta' dawn il-prinċipji bħala parti minn vjaġġ kollettiv tal-komunità LGBTIQ+.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Għawdex bit-tieni Pride March bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet tal- EuroPride Valletta 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Għawdex bit-tieni Pride March bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet tal- EuroPride Valletta 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Għawdex bit-tieni Pride March bħala parti miċ-Ċelebrazzjonijiet tal- EuroPride Valletta 2023
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow