Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Malta tospita l-laqgħa tal-Konferenza Ewropea għall-Avjazzjoni Ċivili

pr231321
Date Icon 08/09/2023

Malta ospitat il-laqgħa tal-Konferenza Ewropea dwar l-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) ta' din is-sena, li ġabet f'Malta lid-Diretturi Ġenerali kollha għall-avjazzjoni mill-44 nazzjon Ewropew, delegati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) u l-ECAC, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA), Euro-control kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea.

Waqt li kien qed jindirizza lill-parteċipanti, il-Ministru Aaron Farrugia tenna kif il-prinċipju tal-ICAO ta' 'No nation left behind' m'għandux ikun sempliċiment slogan iżda sentiment fundamentali li japplika f'kull aspett tas-settur. “Huwa essenzjali li nisimgħu lil kull membru, li nagħrfu u nirrispettaw id-differenzi tagħna. Għal gżira bħal Malta, il-konnettività bl-ajru mhix lussu, iżda neċessità. Minħabba l-istorja tagħna fl-avjazzjoni, li tmur lura għall-1915, flimkien mal-bidla sinifikanti mill-militar għal dik kummerċjali fis-snin 70, illum għandna ħafna attività fl-avjazzjoni, xhieda oħra ta' pedament ekonomiku b'saħħtu f'dan is-settur."

Huwa qal li din l-industrija hija aktar minn sempliċi trasport għal Malta. Hija industrija li tixpruna t-tkabbir soċjoekonomiku tagħna, li toħloq l-impjiegi, li ssaħħaħ it-turiżmu, u li taġixxi bħala mezz għall-investimenti u l-kummerċ barrani. L-avjazzjoni, bil-kontribut annwali tagħha ta' €600 miljun għall-ekonomija tagħna u t-trasport ta' miljuni ta' passiġġieri, ilha pilastru fundamentali għall-prosperità ta' pajjiżna.

L-ICAO u l-ECAC, li hija l-fergħa Ewropea tal-ICAO, jiddiskutu l-aspetti kollha tal-avjazzjoni u jifformulaw politika li mbagħad tiġi applikata madwar id-dinja. Dan jippermetti li l-ajruplani u l-operaturi minn prattikament kull pajjiż fid-dinja joperaw bl-istess standards jew standards simili.

Id-Direttur Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili ta' Transport Malta, l-Kaptan Charles Pace, qal li huwa ta' unur li jospita lil kollegi sħabu Ewropej u li pajjiżna kellu wkoll ċ-ċans li jospita lis-Segretarju Ġenerali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Malta tospita l-laqgħa tal-Konferenza Ewropea għall-Avjazzjoni Ċivili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Malta tospita l-laqgħa tal-Konferenza Ewropea għall-Avjazzjoni Ċivili
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Malta tospita l-laqgħa tal-Konferenza Ewropea għall-Avjazzjoni Ċivili
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow