Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 132 tobba ġodda jingħaqdu mas-servizz tas-saħħa

pr231295
Date Icon 02/09/2023

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ltaqa' ma' wħud mit-tobba l-ġodda li f'dawn il-ġimgħat ingħaqdu mas-servizz tas-saħħa wara li temmew b'suċċess l-istudji tagħhom.

132 tabib issieħbu fil-Malta Foundation Programme, li hija l-ewwel fażi tal-karriera tat-tobba f'Malta. Il-maġġoranza assoluta ta' dawn it-tobba, 109 minnhom, iggradwaw mill-Università ta' Malta u magħhom ingħaqdu tobba li gradwaw minn universitajiet Ewropej oħra.

Id-Deputat Prim Ministru feraħ lil dawn it-tobba tal-isforzi akkademiċi tagħhom u awguralhom vjaġġ ta' taħriġ b'saħħtu. Huwa assigurahom li minkejja li dan il-vjaġġ huwa wieħed twil, huwa wieħed li jħalli sodisfazzjon kbir meta fl-aħħar mill-aħħar jaraw pazjenti jfiequ bil-kura li joffru. Il-Ministru Fearne fakkarhom li l-professjonisti tas-saħħa huma s-sinsla tas-servizz eċċellenti li jingħata f'pajjiżna u ħeġġiġhom sabiex jistinkaw u jżommu l-ogħla livelli ta' kwalità ta' servizz lill-pazjenti.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 132 tobba ġodda jingħaqdu mas-servizz tas-saħħa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 132 tobba ġodda jingħaqdu mas-servizz tas-saħħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow