Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr231273
Date Icon 29/08/2023

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni mibgħuta mill-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' Istamina.

L-Istamina hija sustanza li jseħħ b'mod naturali fil-ġisem tal-bniedem. Hija involuta fi proċessi bijoloġiċi bħal rispons allerġiku. Madankollu, l-istamina tista tkun perikoluża għas-saħħa tal-bniedem jekk il-livelli jilħqu limitu kritiku. Livelli għolja t'istamina fl-ikel jistgħu jikkawżaw intossifikazzjoni u s-sintomi jinkludu ħmura u raxx fuq il-ġilda, effetti fl-imsaren u uġigħ ta' ras qawwi.

Isem tal-prodott fuq it-tikketta:Filetti di Acciughe all'olio d'oliva (Fletti tal-inċova fiż-żejt taż-żebbuġa)
Ditta:Nixe
Lott involut:L.186/179
Data ta' durabbilità:BB 05/07/2024
Użin:80g
Tip ta' kontenitur:Vażett tal-ħġieġ

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon –   2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow