Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Settembru 2023

pr231269
Date Icon 25/08/2023

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' mitejn u sittin miljun Ewro (€260,000,000) f'xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:-

  1. 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (IV); u

  2. 4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta 2038 (II).



    Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied sa massimu ta' €140,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.



    Membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt Ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar il-Ġimgħa, l-1 ta' Settembru 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tat-Tlieta, il-5 ta' Settembru 2023 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.



    Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti bi rkant jiftħu l-Ħamis, is-7 ta' Settembru 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu  12.00 p.m. (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.



    L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar l-Erbgħa, it-30 ta' Awwissu 2023. Dawn il-prezzijiet ser jiġu ppubblikati kemm fil-ġurnali lokali, kif ukoll permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).



    Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti bi rkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.



    Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ħamis, il-31 ta' Awwissu 2023.



    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocksjinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta, li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, il-25 ta' Awwissu 2023.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow