STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU: L-aħħar preparamenti qabel il-kunċert ta’ Robbie Williams
L-aħħar preparamenti qabel il-kunċert ta’ Robbie Williams
Il-preparamenti loġistiċi jinsabu fl-aħħar stadju tagħhom sabiex għada jittella’ l-kunċert tal-artist internazzjonali Ingliż Robbie Williams fuq il-Fosos tal-Floriana.
Għal dan il-kunċert mistennija jattendu 20,000 persuna.
Dawn id-dettalji ngħataw waqt żjara li saret mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef fuq il-Fosos tal-Floriana.
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka kif dan il-kunċert huwa turija ċara ta’ kemm pajjiżna qiegħed ikompli jtejjeb il-kalendarju kulturali ta’ avvenimenti ta’ kull sena.
“L-għan tagħna ser jibqa’ li nkomplu nassistu biex avvenimenti ta’ din l-għamla jkomplu jtejbu l-prodott turistiku li noffru għat-turisti domestiċi u anke għal dawk li jżuru lil pajjiżna,” saħaq il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.
Intant, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef qal li dan il-kunċert ifisser timbru ieħor tal-ogħla livell, fid-dinja tad-divertiment, għal pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en