Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Sħubija bejn il-Pulizija u l-komunità fil-Marsa

pr231256
Date Icon 23/08/2023

Jibda jitħaddem il-programm tan-Neighbourhood Watch fil-Marsa

Fil-Marsa se tissaħħaħ aktar is-sħubija bejn il-Pulizija u l-komunità fl-interess tas-sigurtà fil-lokalità permezz tal-proġett pilota Neighbourhood Watch. Filwaqt li l-Pulizija qed tibqa’ ssaħħaħ ir-riżorsi fis-sigurtà tal-lokalitajiet, issa permezz tal-proġett Neighbourhood Watch, ir-residenti se jkollhom sehem iżjed dirett fiż-żamma tal-ordni fil-komunitajiet. In-Neighbourhood Watch se jkun qed jitħaddem b’mod ewlieni permezz ta’ koperazzjoni diretta mal-Pulizija tal-Komunità, u ma’ uffiċjali oħra li jservu fl-għases tal-Pulizija u r-residenti.

Il-programm Neighbourhood Watch għalhekk se jkun kompost minn koordinatur f’kull żona tal-lokal biex jiġi żgurat li jkun hemm aktar komunikazzjoni bejn il-komunità u l-Pulizija kemm permezz ta’ mezzi soċjali kif ukoll b’laqgħat regolari ta’ kull xahar. Dawn il-mezzi se jservu ta’ pjattaformi effettivi għar-residenti biex jirrapportaw kwalunkwe tħassib jew każijiet filwaqt li l-Pulizija taġġorna u tgħaddi informazzjoni skont il-ħtieġa. It-tħaddim tal-proġett pilota kien spjegat f’mixja fil-qalba tal-Marsa li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri għamel. Fil-preżenza tas-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi u ta’ uffiċjali oħra tal-Pulizija, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà spjega l-għanijiet u l-mod li bih qed titħaddem din l-inizjattiva fil-Marsa, lokalità b’realtajiet u b’karatteristiċi partikolari. 

Il-Ministru Byron Camilleri qal li s-sigurtà fil-lokalità tal-Marsa u f’lokalitajiet oħrajn tibqa’ prijorità. Il-Ministru Camilleri tenna li s-sigurtà għandha tibqa’ tkun indirizzata u spjega kif inizjattivi bħal tal-proġett pilota tan-Neighbourhood Watch huwa pass ieħor importanti ta’ kollaborazzjoni mal-komunità, għall-ġid tal-komunità. Is-Sindku tal-Marsa Josef Azzopardi rrikonoxxa kull impenn muri mill-Pulizija u tkellem dwar materji li jeħtieġ li jkomplu jkunu indirizzati fil-lokalità. Huwa faħħar tali inizjattivi bħal ma hi n-Neighbourhood Watch u anke d-differenza pożittiva li ġabet l-introduzzjoni tal-Pulizija tal-Komunità fil-Marsa u l-koperazzjoni eċċellenti mill-Pulizija tad-Distrett u sezzjonijiet oħra. Dan wassal sabiex fil-Marsa kien hemm żvilupp pożittiv u importanti. 

Is-sigurtà għan-nies fil-qalba tal-komunitajiet Maltin u Għawdxin se tibqa’ tingħata l-importanza mistħoqqa hekk kif il-proġett ‘Neighbourhood Watch’ mistenni li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ikompli jinfirex f’iżjed lokalitajiet madwar il-pajjiż.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Sħubija bejn il-Pulizija u l-komunità fil-Marsa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Sħubija bejn il-Pulizija u l-komunità fil-Marsa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow