Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Pagament ieħor bħala parti mill-mekkaniżmu addizzjonali għall-COLA

pr231242
Date Icon 17/08/2023

Fi tmiem din il-ġimgħa, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal se jgħaddi pagament bħala parti minn miżura tal-Budget li tgħin familji bi dħul ieħor bħala parti mill-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA. Dan il-pagament ifisser investiment soċjali ta' €2.7 miljun, li jfisser li minn Diċembru 'l hawn, il-Gvern investa €19.4 miljun f'għajnuna addizzjonali li tilqa' għall-għoli tal-ħajja.

Il-Gvern diġà kien ħabbar li dan il-mekkaniżmu addizzjonali se jkompli jtejbu u jħaddmu kull sena, anke meta l-inflazzjoni terġa' lura għal livelli normali. Dan sabiex il-Gvern jibqa' jkun ta' spalla għall-persuni vulnerabbli fosthom l-anzjani.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li dan il-pagament huwa xhieda ċara ta' kemm dan il-Gvern iżomm kelmtu, hekk kif din kienet wegħda elettorali oħra li tingħaqad ma' għexieren oħrajn, fejn flimkien qed iwettqu differenza fil-ħajja tan-nies u joffru spalla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow