Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tisħiħ tal-Korp tal-Pulizija bl-ingaġġ t’40 kuntistabbli ġodda

pr231225
Date Icon 09/08/2023

40 rekluta ngħaqdu mal-Korp tal-Pulizija bħala kuntistabbli, wara li temmew b’suċċess il-kors ta’ taħriġ għar-rekluti. It-taħriġ, li dam seba’ xhur, tmexxa mill-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati u li kien jinkludi aspetti fiżiċi u akkademiċi. Dan il-kors hu wieħed akkreditat fil-livell MQF 4 mill-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, u li se jwassal biex dawn il-kuntistabbli l-ġodda jibdew jagħtu servizz lill-komunità u lil pajjiżna. 

B’kollox f’dan il-kors ġew mgħallma 63 suġġett bħal l-etika, id-diversità, il-liġijiet ta’ Malta, regoli u proċeduri, investigazzjonijiet ta’ reati bħal vjolenza domestika, abbuż tat-tfal fuq siti elettroniċi, offiżi sesswali u għarfien dwar is-saħħa mentali, fost oħrajn. 

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qal lill-kuntistabbli l-ġodda li l-ġurnata tal-ġurament mhijiex il-ġurnata tal-wasla iżda l-bidu ta’ karriera ta’ ħafna sodisfazzjon u ħidma b’riżq il-komunità fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. 

“Kunu integri u aqdu dmirkom b’sens ta' ġustizzja, b’dinjità  lejn kull persuna li jkollha bżonn is-servizz tagħkom u b’sens ta’ empatija. Kunu intom it-tarka tas-soċjetà li fuq spallejkom tpoġġi responsabbiltà u fiduċja. Kunu parti minn bidla kontinwa li għaddej minnha l-Korp tal-Pulizija u kunu intom parti minn dan it-tiġdid. Bħala Gvern ser nibqgħu ninvestu fikom, hekk kif għamilna; kemm permezz ta’ ftehim settorjali li qed ikun diskuss sabiex ikun imġedded, kemm fit-taħriġ u l-edukazzjoni tagħkom u kemm fl-għodda li intom tużaw,” qal il-Ministru Camilleri.

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal li dan mhux xogħol kwalunkwe, iżda din hija karriera li l-Korp huwa kommess li jibqa’ jiżviluppa fi professjoni bi sħubija ma’ entitajiet oħra, inkluż l-Akkademja, l-Università ta’ Malta u entitajiet oħra, inkluż dawk barranin. 

“Żommu din il-ħeġġa li għandkom fikom ħajja u jien inserraħ fuqkom sabiex tkunu protagonisti ewlenin fit-tiġdid li għaddejjin minnu. Permezz tagħkom irrid inkompli nara Korp bi spirtu żagħżugħ għatxan għall-bidla. Fl-istess waqt inħeġġiġkom biex iżżommu fikom id-dixxiplina u s-sens ta’ responsabbiltà li tnisslu fikom f’dawn l-aħħar seba’ xhur u fuq kollox taraw li tonoraw dejjem il-valuri tal-Korp, partikolarment il-kontabilità, il-ġustizzja, l-onestà, l-integrità, ir-rispett lejn sħabkom u li tkunu ta’ servizz lejn il-poplu Malti u Għawdxi,” temm jgħid il-Kummissarju.

Il-premju tar-rekluta l-aktar li ddistingwa ruħu, il-‘PC Mark Farrugia Award’, ingħata lil Luca Mifsud. 

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-Kmandant tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati Karen Galea, iċ-Chairperson tal-Bord tal-Akkademja l-Prof. Raymond Mangion u d-Direttur tal-Istudji l-Kaptan Reuben Lanfranco.  

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tisħiħ tal-Korp tal-Pulizija bl-ingaġġ t’40 kuntistabbli ġodda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tisħiħ tal-Korp tal-Pulizija bl-ingaġġ t’40 kuntistabbli ġodda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tisħiħ tal-Korp tal-Pulizija bl-ingaġġ t’40 kuntistabbli ġodda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tisħiħ tal-Korp tal-Pulizija bl-ingaġġ t’40 kuntistabbli ġodda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow