Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Rapport annwali ta’ Aġenzija Sapport jixhed għajnuna kbira lil persuni b’diżabilità biex jgħixu ħajja indipendenti

pr231197
Date Icon 31/07/2023

Bejn Jannar u Diċembru 2022, 2,445 persuna b'diżabilità rċevew servizz ta' ħidma soċjali minn Aġenzija Sapport. Matul l-istess perjodu, kien hemm 522 persuna b'diżabilità li gawdew minn servizzi ta' matul il-jum, 322 oħra li ħadu servizzi mogħtija miċ-Ċentru Sonia Tanti Taqsima Ħajja Indipendenti (STILC) u 407 oħra rċevew servizz mill-Access to Communcation and Technology Unit (ACTU), fost l-oħrajn.

Dan ħareġ mir-rapport ta' ħidma fuq is-sena 2022 ippreżentat mill-Kap tal-Aġenzija Sapport, Oliver Scicluna, lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli, fil-preżenza ta' diretturi minn Aġenzija Sapport. Mir-rapport jirriżulta wkoll li nħarġu 2,735 dokument tal-Blue Badge. Jirriżulta wkoll  li matul is-sena 2022 ingħataw aktar minn €2.6 miljun f'assistenza lil persuni b'diżabilità permezz tal-iskemi Direct Payment, Independent Community Living u Personal Assistance Fund, filwaqt li aktar minn €761,000 ingħataw taħt l-iskema Empowerment Scheme, liema skema approvat 1,310 applikazzjoni matul l-istess perjodu.

Il-Ministru Farrugia Portelli ddeskriviet ir-rapport bħala rappreżentazzjoni pożittiva li tirrikonoxxi l-isforzi kontinwi ta' ristrutturar intern tal-entità, immirati biex itejbu s-servizzi lin-nies. Il-Ministru Farrugia Portelli rringrazzjat lil aktar minn 600 ħaddiem li jaħdmu qrib persuni b'diżabilità fi ħdan l-aġenzija. Barra minn hekk, il-ministru saħqet dwar l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex nippromwovu riforma li tinkoraġġixxi użu akbar tas-servizzi ta' assistenza personali għal persuni b'diżabilità, li tippermettilhom jirċievu servizzi mill-kumdità ta' darhom.

Fost l-inizjattivi ġodda li twettqu fl-2022, kien hemm it-tnedija tal-programm Way to Work, intiż biex jgħin persuni b'diżabilità permezz ta' taħriġ li jressaqhom lejn impjieg; l-introduzzjoni ta' programm ta' sessjonijiet ġodda għal aħwa minuri ta' persuni b'diżabilità (Super Sibs); ftuħ ta' Community Hub fiż-Żurrieq u bidu ta' proġett sabiex jinfetaħ ieħor fir-Rabat; it-trasferiment tas-servizz tal-Blue Badge mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità għall-aġenzija; ftuħ ta' faċilitajiet residenzjali fiż-Żurrieq bħala parti mis-servizz tas-Supported Independent Living; xiri ta' vettura drive-from-wheelchair bħala parti mill-investiment kontinwu fir-riżorsi fiċ-Ċentru Sonia Tanti Taqsima Ħajja Indipendenti flimkien ma' taħriġ ta' professjonisti barra minn Malta bħala parti mill-istess miżura; kif ukoll iffirmar ta' diversi MoUs u ftehim soċjali ma' entitajiet mhux governattivi għal kollaborazzjoni fil-provediment ta' servizzi lil persuni b'diżabilità.

Oliver Scicluna, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport, saħaq dwar il-ħidma u l-impenn tas-614 impjegat tal-aġenzija biex jingħataw firxa wiesgħa ta' servizzi b'suċċess. Dan waqt li enfasizza wkoll dwar il-ħidma kontinwa mill-aġenzija sabiex tkompli tiżviluppa dejjem aktar programmi u inizjattivi ta' livell għoli fil-mixja lejn l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, speċjalment b'aċċenn lejn għajxien indipendenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Rapport annwali ta’ Aġenzija Sapport jixhed għajnuna kbira lil persuni b’diżabilità biex jgħixu ħajja indipendenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Rapport annwali ta’ Aġenzija Sapport jixhed għajnuna kbira lil persuni b’diżabilità biex jgħixu ħajja indipendenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow