Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija strateġija li ssaħħaħ aktar il-ħidma fuq it-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ

pr231187
Date Icon 27/07/2023

Illum tnediet strateġija oħra, parti minn sensiela ta' strateġiji li ġew ippubblikati fl-aħħar ġimgħat bl-għan aħħari jkun it-tiġdid tas-settur edukattiv. Din l-istrateġija tħares lejn it-tisħiħ tal-ħidma tal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex tkun indirizzata dejjem aktar it-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ (ELET). L-istrateġija mnedija llum tkopri l-ħidma għas-snin 2023-2030.

“Dawn l-istrateġiji li qed inniedu, inkluża din tal-lum, jimxu id f'id mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030 li bħalissa qed nibnu mill-qiegħ flimkien mal-edukaturi u mal-isħab soċjali, bil-għan li nagħtu l-aqwa edukazzjoni possibbli u edukazzjoni ta' kwalità lil uliedna. Kollha kemm huma jħarsu lejn għan wieħed, li s-settur edukattiv ikun bażi soda għall-ġid tal-istudenti tagħna u permezz ta' dawn l-istrateġiji qed naraw li s-sistema tal-edukazzjoni Maltija timxi lejn approċċ aktar iffukat fuq il-persuna u l-kisba ħolistika", qal il-Ministru Clifton Grima waqt it-tnedija tad-dokument.

Huwa qal li jemmen li l-benesseri tal-istudenti jinkisbu l-aħjar meta jitqiegħdu fiċ-ċentru tas-sistema edukattiva, u dan huwa proprju rifless f'dawn l-istrateġiji.

Il-Ministru Grima fakkar li fl-2015, Malta kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li ppubblikat strateġija speċifika dwar it-Tluq Bikri mill-Iskejjel (ESL), għal studenti li ma kisbux kwalifiki ta' livell sekondarju superjuri. Riċentament, l-ESL beda jissejjaħ 'Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ' (ELET) biex jinkludi mhux biss il-perkorsi akkademiċi imma wkoll dawk vokazzjonali.

Il-ħidma tal-ministeru wasslet biex f'Diċembru tal-2022, ir-rata tal-ELET f'Malta, skont il-Eurostat, kienet ta' 10.1%, kuntrast mar-rata ta' Diċembru tal-2005 meta r-rata kienet laħqet rata rekord ta' 33%. Malta hija wkoll wieħed mill-ftit pajjiżi li b'mod kostanti naqqsu r-rata f'dawn l-aħħar snin u li konsistentament irreġistraw tnaqqis fl-aħħar 10 snin. Mill-2017 'l hawn, Malta rreġistrat l-akbar rata ta' tnaqqis fl-ELET mill-pajjiżi kollha tal-UE.

L-istrateġija għandha tliet pilastri ewlenin: Il-Prevenzjoni, l-Intervent u l-Kumpens, li jaħdmu flimkien biex jilħqu l-għan tagħha.

L-istrateġija ssaħħaħ il-prinċipji bażiċi, tassigura edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità għal kulħadd u l-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja; tnaqqas ukoll il-lakuni fir-riżultati edukattivi bejn is-subien u l-bniet u bejn studenti li jattendu skejjel differenti; u tnaqqas l-għadd ta' studenti b'kisbiet baxxi. Apparti minn dan, taħdem għal żieda fil-kwalità fil-litteriżmu, in-numeriżmu, u l-kompetenza fix-xjenza u t-teknoloġija; iż-żieda fil-kisbiet tal-istudenti; iż-żieda fil-livelli taż-żamma u l-kisbiet tal-istudenti f'edukazzjoni u taħriġ ulterjuri, vokazzjonali, u terzjarju; u fil-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja u t-tagħlim għall-adulti.

Il-Ministru Grima tenna li b'ħidma konġunta jista' jinkiseb aktar suċċess fl-indirizzar tal-kwistjoni tat-tluq bikri mill-edukazzjoni u taħriġ, għaliex b'hekk tinkiseb edukazzjoni ekwa u inklussiva u l-ġustizzja soċjali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija strateġija li ssaħħaħ aktar il-ħidma fuq it-Tluq Bikri mill-Edukazzjoni u t-Taħriġ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow