Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinnovar fic-Ċentru għall-Anzjani fil-Ħamrun

pr231184
Date Icon 27/07/2023

Tlesta r-rinnovar fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani fil-komunità tal-Ħamrun, b'investiment ta' €35,000. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt żjara li għamel f'dan iċ-ċentru.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif  f'dawn l-aħħar tliet xhur sar xogħol ta' rinnovar sabiex dan iċ-Ċentru jkun jista' joffri iktar kumdità lill-persuni li jiffrekwentaw iċ-Ċentru. Ix-xogħol kien jikkonsisti fi kmamar tal-banju ġodda, titjib fis-sistema tad-dawl u l-ilma, installazzjoni ta' air-conditioning, għamara ġdida, tibjid, u inbidel ukoll il-pavimentar kollu.


Il-Ministru Abela saħaq fuq l-importanza ta' dawn iċ-ċentri, li b'kollox hawn 27 f'Malta, li joffru programmi t'attivitajiet sabiex l-anzjani jibqgħu attivi fis-soċjetà. Huwa sostna li l-Gvern kommess li jkompli joffri ċentri u spazji bħal dawn madwar Malta biex l-anzjani jibqgħu kemm jista' jkun attivi fil-qalba tal-komunitajiet tagħna. 


Il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) li ħadmu fuq dan il-proġett.


Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-AACC Dr Renzo De Gabriele faħħar ix-xogħol li sar fi żmien qasir mill-ħaddiema tal-AACC. Huwa kompla li dan huwa l-ewwel ċentru li qed isirlu rebranding u dan il-proċess sejjer jitkompla f'ċentri oħra madwar Malta.


Għal iktar informazzjoni, kemm dwar l-attivitajiet kif ukoll dwar kif wieħed jissieħeb bħala membru fiċ-ċentru, wieħed jista' jagħmel kuntatt maċ-Ċentru Servizz Anzjan fuq 22788900, jew jżur l-Uffiċini f'3, Triq Zekka, il-Belt, jew iżur is-sit elettroniku aacc.gov.mt. Informazzjoni tista' tinkiseb ukoll permezz tal-freephone 153.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinnovar fic-Ċentru għall-Anzjani fil-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinnovar fic-Ċentru għall-Anzjani fil-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinnovar fic-Ċentru għall-Anzjani fil-Ħamrun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow