Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr231182
Date Icon 26/07/2023

L-Isptar Mater Dei qiegħed jesperjenza influss ta' persuni li qed jirrikorru għas-servizzi tal-Emerġenza ferm ogħla min-normal, b'riżultat tal-mewġa ta' sħana li esperjenzaw il-gżejjer Maltin f'dawn l-aħħar jiem. Għaldaqstant, u sabiex tkun żgurata kura tal-ogħla livell lill-pazjenti kollha, l-Amministrazzjoni tal-Isptar  iddeċidiet illi tista' tipposponi xi wħud mill-operazzjonijiet elettivi u mhux urġenti li kienu skedati għal għada u għall-jiem ta' wara.

Il-pazjenti  affetwati b'dan il-posponiment se jingħataw appuntamenti ġodda.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa jerġgħu itennu l-appell tagħhom lill-pubbliku biex jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jipproteġu lilhom infushom mill-effetti tas-sħana u jitkelmu mat-tabib jekk jesperjenzaw sinjali u sintomi ta' eżawriment tas-sħana. Huwa wkoll rakkomandat li jinżamm kuntatt regolari  mal-anzjani u dawk l-aktar f'riskju speċjalment jekk jgħixu waħedhom.

 Is-sħana tista' taffettwa lil kulħadd, iżda ċerti nies huma f'riskju akbar ta' ħsara serja. Dawn jinkludu:

• anzjani, speċjalment dawk li għandhom aktar minn 75 sena

• trabi u tfal żgħar

• nies b'kundizzjoni kronika tas-saħħa bħal kundizzjonijiet respiratorji jew tal-qalb

• persuni bi problemi ta' saħħa mentali

• nies li għandhom id-deni minħabba infezzjoni

• nies li jabbużaw mill-alkoħol jew jużaw drogi illegali

• persuni bi problemi ta' mobbiltà

• nies li huma fiżikament attivi bħal ħaddiema manwali jew sportivi

L-Awtoritajiet għas-Saħħa jerġgħu jfakkru li sabiex jiġu evitati l-effetti tas-sħana eċċessiva huwa importanti li wieħed:

• Jevita kull espożizzjoni bla bżonn għax-xemx waqt perjodi sħan tal-ġurnata  bejn il-11.00am sal-4.00pm;

• Iżomm frisk billi joqgħod fl-aktar partijiet friski tad-dar u tax-xogħol;

• Jixrob l-ilma regolarment biex ipatti għat-telf bl-għaraq u jittiekel u ikel kiesaħ;

• Jevita likwidi deidratanti bħall-alkoħol, il-kafè, it-te u soft drinks bil-kaffeina;

• Jilbes ħwejjeġ ħfief;

• Jevita sforz fiżiku fl-iktar ħinijiet sħan tal-ġurnata;

• Jimxi fid-dell, japplika protezzjoni għax-xemx u jintlibes kappell;

• Ifittex parir mediku jekk għandek xi tħassib.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow