Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Kunsilli reġjonali b’ħidma olistika fil-komunità

pr231179
Date Icon 26/07/2023

Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar b'kollaborazzjoni mal-Jobsplus ikkumpilaw kors bl-isem “Award in Office Administration" li se jkun akkreditat b'MQF Level 4. Ir-rekwiżiti biex wieħed ikun eliġibbli għal dan il-kors huma minimi, dan bil-għan li jkun jappella għal aktar persuni li jixtiequ jaħdmu f'ambjent ta' uffiċċju. Il-kors ser ikun mingħajr ħlas għal kulħadd u l-lezzjonijiet għandhom jibdew fl-aħħar kwart ta' din is-sena.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li din il-kollaborazzjoni fuq proġett edukattiv huwa eżempju ċar ta' kif il-kunsilli reġjonali huma riżorsa effettiva għall-kunsilli lokali. Hija faħħret l-impenn u d-dedikazzjoni tal-kunsill reġjonali tan-Nofsinhar favur dan il-proġett, filwaqt li ħeġġet lil kunsilli reġjonali oħra sabiex ikomplu jestendu l-ħidma tagħhom fil-qalba tal-komunitajiet rispettivi tagħhom.

“Dan il-kors mhux biss ser ikun wieħed edukattiv u siewi għal persuni li diġà jaħdmu fil-kunsilli lokali, iżda ser ikun ta' opportunità għal persuni oħra li għandhom ix-xewqa li jiksbu ħiliet ġodda u jżidu l-opportunitajiet tax-xogħol tagħhom," saħqet Alison Zerafa Civelli.

Il-President tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar Jesmond Aquilina spjega li dan il-kors huwa mmirat għall-persuni li jaħdmu fl-uffiċini tal-kunsilli lokali jew f'xogħol amministrattiv, u se jipprovdi għarfien ġenerali, ħiliet u kompetenzi meħtieġa li wieħed jirrikjedi biex jaħdem f'ambjent ta' uffiċċju. Il-programm ta' taħriġ jinkludi fost oħrajn, l-etika f'uffiċċju u onlajn, il-komunikazzjoni effettiva, proċeduri ta' ħlas, informazzjoni u proċeduri ta' maniġġjar ta' rekords u tħejjijiet għal-laqgħat.

Min-naħa tiegħu, Raphael Scerri mill-aġenzija Jobsplus qal li jħares 'il quddiem għal aktar kollaborazzjonijiet mal-kunsilli lokali sabiex jinħolqu aktar servizzi u skemi ġodda fl-interess taċ-ċittadini.

Għal aktar informazzjoni fuq il-kors “Award in Office Administration" uża l-link li ġejja: https://qualifications.mfhea.gov.mt/#/qualifications/49a26a68-c070-4ef8-aaab-15cb57b3cdc4.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Kunsilli reġjonali b’ħidma olistika fil-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Kunsilli reġjonali b’ħidma olistika fil-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Kunsilli reġjonali b’ħidma olistika fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow