STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed jippubblika l-procès-verbal dwar l-inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Inkwirenti Dr Marse-Ann Farrugia dwar l-inċident fatali li seħħ f'Kordin nhar it-3 ta' Diċembru 2022.
Il-procès-verbal hekk kif mgħoddi lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Avukat Ġenerali, qed ikun ippubblikat. It-talba lill-Avukat Ġenerali saret f'ittra tal-21 ta' Lulju 2023, li wkoll kienet ippubblikata.
B'hekk il-Prim Ministru qed iżomm mal-impenn li ta pubblikament li ladarba tasal għandu din l-inkjesta tkun ippubblikata, f'att ta' trasparenza.
L-istess impenn ta' trasparenza se jkun rifless ukoll fil-proċeduri marbuta mal-inkjesta amministrattiva hekk kif il-Gvern hu impenjat li tkun magħrufa l-verità kollha.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en