Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR: Kull kuntrattur liċenzjat se jkun obbligat jagħmel polza ta’ assigurazzjoni għal kull proġett li jidħol għalih

pr231158
Date Icon 22/07/2023

Il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar jirreferi għall-istqarrija tal-Malta Developers' Association dwar l-Avviż Legali 166 li qed jintroduċi għall-ewwel darba f'Malta l-obbligu tal-Liċenzjar tal-Kuntratturi.

L-Avviż Legali qiegħed jimponi obbligu fuq il-kuntratturi kollha li kull xogħol li huma jidħlu għalih irid ikun kopert b'polza ta' assigurazzjoni kif jitlob ir-regolament 5(3) li jgħid: “Id-detentur ta' liċenzja għandu jassigura li kull xogħol ta' attivitajiet ta' servizz kif elenkati fl-Iskeda li jkunu koperti b'polza t'assigurazzjoni valida li tagħmel tajjeb għal kwalunkwe telf jew ħsara li xi persuna tista' ġġarrab riżultat ta' xi att jew ommissjoni min-naħa tal-kuntrattur liċenzjat jew ħaddiema li jaħdmu taħt id-direzzjoni tiegħu waqt it-twettiq tax-xogħlijiet, kif ukoll għal danni fuq il-post tax-xogħol, inkluż ħsara fuq il-persuna li jista' jsofri xi impjegat."

L-obbligu ta' polza ta' assigurazzjoni għal kull proġett li jidħol għalih kuntrattur ifisser li kuntrattur huwa obbligat li jiżgura li l-proġett li qed iwettaq hemm polza ta' assikurazzjoni sakemm jitlestew ix-xogħlijiet f'dak il-proġett. 

Din hija bidla importanti li qed tiddaħħal permezz ta' dan l-Avviż Legali u li se tpoġġi obbligu fuq min jikseb il-liċenzja ta' kuntrattur meta jwettaq dan ix-xogħol.

L-Avviż Legali dwar il-Liċenzjar tal-Kuntratturi ġie ppubblikat wara proċess estensiv ta' konsultazzjoni u qiegħed idaħħal obbligi fis-settur tal-kostruzzjoni, liema obbligi qatt ma kienu jeżistu. Saru konsultazzjonijiet estensivi mal-Malta Insurance Association li pparteċipat u tat il-veduti tagħha biex qed jiddaħħal dan l-obbligu.

Il-Gvern se jkompli jaħdem mal-partijiet involuti biex isseħħ l-implimentazzjoni ta' din il-bidla filwaqt li se jkompli jieħu deċiżjonijiet biex isaħħaħ il-qafas regolatorju għall-industrija tal-kostruzzjoni bil-għan li tiddaħħal aktar responsabbiltà, serjetà u kwalità ogħla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow