Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U L-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Iffirmat ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u l-BOV biex aktar żgħażagħ isiru sid darhom

pr231055
Date Icon 06/07/2023

Fi tliet snin applikaw aktar minn 500 persuna għall-iskema tad-depożitu, b'investiment ta' €6 miljun

Wara li fl-aħħar xhur il-Gvern, permezz tal-Awtorità tad-Djar, estenda l-iskema tad-depożitu, billi l-massimu ta' self mingħajr imgħax fuq id-depożitu lill-first-time buyers żdied għal €22,500, l-Awtorità tad-Djar u l-Bank of Valletta (BOV) iffirmaw ftehim biex iktar nies ikunu jistgħu jidħlu fis-suq tal-proprjetà u jsiru sidien ta' darhom.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes qal li, minn meta daħlet fis-seħħ din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar ipproċessat aktar minn 500 applikazzjoni u investiet aktar minn €6 miljun biex aktar persuni jsiru sidien ta' darhom. Il-Ministru żied jgħid li din l-iskema qiegħda tassisti u tagħti imbuttatura 'l quddiem lil firxa wiesgħa ta' nies, minn żgħażagħ li baqgħu jistudjaw u jixtiequ jsiru sidien tal-ewwel proprjetà għal individwi li għandhom inqas minn 40 sena.

“It-tisħiħ ta' din l-iskema flimkien mal-iskemi li diġà noffru tkompli turi kif bil-fatti il-ħidma kontinwa ta' dan il-Gvern fis-settur tal-akkomodazzjoni tirrifletti r-realtajiet tal-poplu Malti u Għawdxi," temm jgħid il-Ministru Galdes.

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li din l-iskema u skemi oħrajn mill-Awtorità tad-Djar, qed jgħinu liż-żgħażagħ f'mument importanti fil-ħajja tagħhom. “Li tixtri proprjetà huwa mument importanti fil-ħajja ta' kull individwu. Bla dubju huwa l-akbar investiment li wieħed jagħmel matul ħajtu u l-aktar mument li persuna jkollu spejjeż. Għaldaqstant din l-iskema fejn individwi jiġu megħjuna bid-depożitu ta' 10%, qed twassal biex aktar nies isiru sidien ta' darhom," qal il-Ministru Silvio Schembri.


Din l-iskema hija waħda minn bosta skemi offruti mill-Awtorità tad-Djar biex aktar żgħażagħ isiru sidien ta' darhom. Fosthom l-iskema New Hope li qed tagħti tama lil dawk li ma kienx jirnexxielhom jiksbu polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja minħabba xi mard jew kundizzjonijiet mediċi, isiru sidien ta' darhom, l-iskema equity sharing u l-iskema li ta' €1,000 fis-sena fuq medda ta' 10 snin lill-first-time buyers.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U L-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Iffirmat ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u l-BOV biex aktar żgħażagħ isiru sid darhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow