Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jitħabbru l-aħħar dettalji għas-47 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu

pr231047
Date Icon 05/07/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar l-aħħar dettalji għas-47 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu. Dan l-avveniment popolari se jittella' nhar is-Sibt 5 ta' Awwissu fid-20:45 fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro. Paul Abela.

Il-Ministru Bonnici spjega li l-ewwel edizzjoni ta' dan il-festival ittellgħet eżatt 50 sena ilu fil-Belt Valletta u qal li matul dan iż-żmien kollu, l-avveniment l-Għanja tal-Poplu baqa' jiġbed lejh kemm żgħażagħ kif ukoll artisti stabbiliti li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.

“B'kollox din is-sena kellna konkorrenza ta' 142 kanzunetta u minnhom intgħażlu l-aħjar 16. Nemmen li permezz ta' avvenimenti bħal dawn inkomplu nimbuttaw 'il quddiem il-lingwa Maltija," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Il-mistiedna speċjali ta' din is-sena hija Merga li se tinterpreta żewġ kanzunetti sbieħ mis-snin sittin u sebgħin b'arranġament orkestrali tal-Mro. Joe Brown.  Il-festival se jkun ippreżentat mill-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw online minn www.ticketline.com.mt. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.ghanjatalpoplu.org.

Dan il-festival huwa organizzat bil-kollaborazzjoni ta' Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.

Aktar tagħrif:

Il-kanzunetti finalisti tas-47 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu (f'ordni ta' kif se jkunu ppreżentati fis-serata finali) huma:

Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur)

01. Il-Baħħ u Jien – Christian Arding (Natasha Grima, Natasha Grima u Charlene Grech)

02. Ġenn Ż – JAMM Band (Christopher Abela Mizzi u Mark Cachia)

03. Għal Xejn – Jodi Zerafa Heckenlaible (Ian Zerafa)

04. Meravilja – Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)

05. Maltija – Kayley Cuschieri (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)

06. O Żmien Ħlejju – Xelin (Etienne Micallef, Dominic Cini)

07. X'Għarukaża – Graziella u Kirsten Mifsud Schembri Vella (Etienne Micallef, Priscilla Giordano Psaila)

08. Katina – Laura Bruno (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)

09. Kreattività tal-Pastizzi – Kapitlu Tlettax u Grecia Bezzina (Emil Calleja Bayliss u Kapitlu Tlettax, Kapitlu Tlettax)

10. Għadu Ma Sarx – Kelsey Bellante (Lon Kirkop)

11. Mitlufin – Janelle Rapa (Mark Cachia, Glen Vella)

12. Naħdmu Flimkien – Walter Micallef u Philip Vella (Walter Micallef, Philip Vella)

13. Mhix Imħabba – Charlene Rae  (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)

14. Kelma Bejn Tnejn – Joseph Refalo (Joe Julian Farrugia, Pamela Bezzina)

15. Monokrom – Jean Claude Vancell (Jean Claude Vancell)

16. Il-Perfezzjoni Illużjoni – Audrienne  (Emil Calleja Bayliss u Audrienne Fenech, Cyprian Cassar)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow