Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapport Annwali u Rapporti Finanzjarji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika – 2022

pr231044
Date Icon 04/07/2023

L-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, ippreżenta r-rapport imsemmi hawn fuq lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anglu Farrugia.

Ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet, il-kisbiet u l-prestazzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) matul is-sena. Jenfasizza avvenimenti, inizjattivi u kollaborazzjonijiet notevoli li saru mill-uffiċċju.

Fid-Daħla, l-Awditur Ġenerali essenzjalment jirrifletti fuq il-kommemorazzjonijiet li saru matul is-sena biex jimmarkaw il-25 anniversarju tal-NAO mit-twaqqif tiegħu. Dawn kienu jinkludu t-tnedija tal-ktieb bit-titlu “State Audit in Times of Transition – Reflections on Change and Continuity, Challenge and Opportunity from Malta and Beyond". Inċidentalment, jikkonkludi d-Daħla tiegħu b'referenza għall-messaġġ ta' apprezzament mill-qalb mill-President, Dr George Vella, lill-istaff kollu fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika waqt it-tnedija ta' dan il-ktieb.

Id-Deputat Awditur Ġenerali jiddiskuti l-inizjattivi strateġiċi tal-NAO, bħall-Performance Measurement Framework, ir-Risk Assessment Framework, l-adozzjoni tal-Professional Auditor Competency Framework tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (INTOSAI), u l-użu effettiv tal- iSt0ry, li hija Pjattaforma ta' Ġestjoni Strateġika tal-Inizjattiva ta' Żvilupp Internazzjonali (IDI) tal-INTOSAI. Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni u l-effettività tal-uffiċċju.

Ir-rapport jinkludi artiklu mis-Sur Leo Brincat, eks membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jenfasizza l-koperazzjoni strateġika bejn il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-NAO. Iż-żewġ istituzzjonijiet għandhom interess komuni fit-titjib tal-awditjar tal-fondi tal-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni ta' governanza tajba għaċ-ċittadini tal-UE.

L-Ewwel Parti tar-Rapport tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-ambjent estern li fih jopera l-NAO, li tiffoka fuq il-finanzi pubbliċi u r-riforma tal-ġestjoni finanzjarja. Tiddeskrivi d-diversi sezzjonijiet tal-awditjar u amministrattivi tal-uffiċċju, kif ukoll l-istruttura ta' governanza tiegħu. Tkopri wkoll iċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 anniversarju tal-NAO u l-parteċipazzjoni tal-uffiċċju f'attivitajiet lokali u internazzjonali.

It-Tieni Parti tippreżenta l-mudell ta' operat tal-NAO, li jispjega kif l-uffiċċju jittrasforma l-inputs f'outputs u riżultati li joħolqu valur maż-żmien. Tiddiskuti r-riżultati strateġiċi u l-iżviluppi rispettivi tal-NAO. It-taqsima tispiċċa bil-prospetti tal-NAO għall-futur u kif l-uffiċċju qed jippjana li jkompli jtejjeb l-operat tiegħu.

Ir-Rapporti Finanzjarji awditjati tal-uffiċċju huma ppreżentati fit-Tielet Parti tar-Rapport.

Aċċess għal dan ir-rapport mill-website tal-NAO www.nao.gov.mt jew minn fuq il-paġna tal-Facebook www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow