Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-Imnarja 2023: Vetrina għal dak kollu li jagħmilna Maltin

pr231020
Date Icon 28/06/2023

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo fetaħ b'mod uffiċjali l-attivitajiet b'rabta mal-festa pubblika u tradizzjonali tal-Imnarja.

L-attivitajiet se jaraw li jkomplu jippromwovu dak kollu li huwa minsuġ fil-kultura Maltija u li huma assoċjati ma' din il-festa. Fost l-oħrajn insibu l-frott u l-ħxejjex tal-bdiewa, is-snajja, il-bhejjem tar-raħħala Maltin u Għawdxin, il-logħob u l-ikel tradizzjonali, u anke l-għana.

F'diskors li wassal, il-Ministru Anton Refalo ddeskriva l-festa tal-Imnarja bħala vetrina lokali. “Din hija festa importanti fil-kalendarju kulturali Malti u saħansitra l-akbar festa agrarja tas-sena, li hija mera tal-bżulija tar-raħħala u tal-bdiewa Maltin u Għawdxin. Din il-festa hija opportunità oħra biex inkomplu nippromwovu s-settur agrikolu u l-prodott lokali, u b'hekk inkomplu nilħqu l-mira tagħna li nservu ta' spalla għall-bdiewa u għar-raħħala Maltin u Għawdxin."

Hawnhekk il-Ministru Refalo elenka wkoll il-ħidma li wettaq il-gvern f'dan il-qasam, fosthom ir-Riforma tal-Qbiela, l-iskemi finanzjarji biex itaffu mill-piżijiet li ġabet magħha x-xena internazzjonali, u miljuni ta' ewro f'fondi Ewropej li minnhom se jgawdu l-bdiewa u r-raħħala, fosthom dawk żgħażagħ.

Jum l-Imnarja jibda permezz ta' quddiesa fil-Buskett fis-6:00, wara jibdew jittellgħu bosta kompetizzjonijiet u esebizzjonijiet, logħob u ikel tradizzjonali, kant, daqq u l-għana, rokna tar-ritratti marbuta mat-tema tradizzjonali tal-Imnarja u anke jingħataw il-premjijiet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-Imnarja 2023: Vetrina għal dak kollu li jagħmilna Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-Imnarja 2023: Vetrina għal dak kollu li jagħmilna Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI L-Imnarja 2023: Vetrina għal dak kollu li jagħmilna Maltin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow