STQARRIJA MILL-MINSTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħmel referenza għall-informazzjoni ppreżentata fil-Parlament marbuta mal-qasam edukattiv.
It-tabella ta' hawn taħt tkopri il-gradi kollha tal-edukaturi u tinqasam b'dan il-mod; statistika ta' edukaturi ingaġġati u dawk li rriżenjaw:
| Gradi | Riżenji | Ingaġġati |
| Għalliema | 58 | 241 |
| Edukaturi għas-Sapport tat-Tagħlim (LSE) | 34 | 183 |
| Edukaturi tal-Kindergarten | 3 | 29 |
| Assistenti Kapijiet | 2 | 34 |
| Totali | 97 | 487 |
Wieħed jista' jinnota li f'kull każ l-ingaġġ kien ferm aktar mir-riżenji li kien hemm. Fil-fatt imqabbel mal-popolazzjoni tal-edukaturi, il-proporzjon affettwat kien ta' 1.1% bħala riżenji u ta' 5.5% bħala ingaġġ.
Il-ministeru jieħu ħsieb li jagħmel laqgħa ma' kull uffiċjal li jkun għadda r-riżenja u fost oħrajn tiġi diskussa r-raġuni għar-riżenja. Fil-parti l-kbira tagħhom dawk il-ħaddiema jibqgħu fis-settur edukattiv u anki jibdew impjieg f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fejn tinħass il-ħtieġa tagħhom minħabba l-ammont ikbar ta' studenti li qed jibqgħu fl-edukazzjoni wara li jtemmu l-iskola sekondarja. Dan f'kuntest li r-rata tal-early school leavers f'Malta kompliet tonqos.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en