Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Is-simplifikazzjoni fil-proċess tal-fondi Ewropej tiftaħ era ġdida għall-ambizzjonijiet tan-negozji – jitħabbru €16.5 miljun fi skemi ġo

pr231014
Date Icon 28/06/2023

F'konferenza organizzata minn Servizzi Ewropej Malta (SEM) li għaliha attendiet il-komunità kummerċjali, kien diskuss il-progress li sar u t-triq 'il quddiem għas-simplifikazzjoni fil-proċess tal-Fondi Ewropej, fejn qed tkun eliminata l-burokrazija bla bżonn.

Ġew imnedija wkolll-iskemi l-ġodda ta' Fondi Ewropej għan-negozjiżgħar u medji li jammontaw għal €16.5 miljun. Dawn l-iskemi l-ġodda ser ikunu wkoll issimplifikati kif kien wiegħed il-Gvern f'Jannar li għadda meta ħabbar il-programmi operattivi 2021-2027 u ikkommetta li n-negozji jkollhom l-iktar aċċess faċli possibbli għal dawn il-fondi.

Fost il-bidliet konkreti li diġà saru fl-aħħar xhur hemm it-tnaqqis fl-applikazzjoni minn 90 għal 25 paġna, it-tneħħija tal-bżonn ta' business plan f'ċertu applikazzjonijiet u t-tisħiħ fil-komunikazzjoni u s-servizzi ta' appoġġ b'lingwaġġ li jqarreb il-fondi lejn il-komunità kummerċjali.

Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Silvio Schembri qal “bħala pajjiż ħdimna qatigħ biex Malta setgħet tikseb l-akbar pakkett ta' fondi qatt miksuba minn pajjiżna, dik ta' €2.2 biljun ewro. Imma l-ħidma ma tieqafx hemm, anzi dak huwa l-bidu. Xogħolna issa hu li naraw li jsir l-aħjar użu minn dawk il-fondi u biex dan isir irridu fuq kollox naraw li l-komunità kummerċjali qed tapplika biex tagħmel użu minnhom. Għalhekk nemmnu fi proċessi aktar sempliċi, biex b'hekk inkunu nistgħu nimmassimizzaw il-vantaġġi li għandhom il-fondi Ewropej."

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li din il-ħidma turi bidla fil-perspettiva, fejn qed tintwera iktar fiduċja fl-għarfien tan-negozji, b'sens ta' ġustizzja u inklussività, bil-prijorità tkun li jgħinu u mhux jeskludu lil min ħaqqu aċċess għall-Fondi Ewropej.

“Dawn il-bidliet se jiftħu era ġdida fejn il-proċessi jgħinu u mhux itellfu l-progress. Fl-immaniġġjar tal-Fondi Ewropej, il-Gvern irid iservi bħala katalist għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, fejn jinħoloq ambjent li mhux biss jagħti appoġġ finanzjarju imma jara li jintlaħaq il-potenzjal sħiħ ta' kull negozju li ngħinu. Qed inħarsu 'l quddiem lejn futur fejn il-Fondi Ewropej ikollhom inqas xkiel minn qatt qabel biex l-ambizzjonijiet tagħkom jingħataw saħħa ġdida," temm jgħid Chris Bonett. 

Ġie spjegat li l-pass li jmiss fis-simplifikazzjoni huwa d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi kollha fil-qasam tal-Fondi Ewropej. Fosthom b'real-time tracking tal-applikazzjonijiet, notifikazzjonijiet kontinwi b'aġġornamenti dwar l-applikazzjonijiet u aċċess 24 siegħa kuljum għall-gwida lill-applikanti. Se jiżdiedu wkoll in-numru ta' laqgħat ta' konsultazzjoni u sessjonijiet ta' informazzjoni biex jinstemgħu l-vuċijiet kollha qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet. 

Iktar tagħrif fuq dan il-proċess ta' simplifikazzjoni jinstab fuq: https://fondi.eu/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Is-simplifikazzjoni fil-proċess tal-fondi Ewropej tiftaħ era ġdida għall-ambizzjonijiet tan-negozji – jitħabbru €16.5 miljun fi skemi ġo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Is-simplifikazzjoni fil-proċess tal-fondi Ewropej tiftaħ era ġdida għall-ambizzjonijiet tan-negozji – jitħabbru €16.5 miljun fi skemi ġo
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow