Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Malta Food Agency

pr230991
Date Icon 26/06/2023

L-Awditur Ġenerali Charles Deguara ppreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) bit-titlu “Information Technology Audit: Malta Food Agency."

Ir-Rapport inkluda reviżjoni tal-infrastruttura u l-operat tal-IT, u eżamina wkoll is-sistema ewlenija tal-IT (PMMS) utilizzata mill-Malta Food Agency (MFA). Dan l-awditu tal-IT kellu l-għan li jiddetermina jekk l-MFA kellhiex il-kontrolli meħtieġa biex iżżomm il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-dejta, tiżgura l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-IT, kif ukoll tidentifika kwalunkwe riskju li jista' jinqala', u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex ittaffi dawn ir-riskji.

Fost is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li għamel l-NAO f'dan ir-rapport, l-NAO faħħar il-fatt li s-sistema tal-PMMS għandha funzjonalità soda ta' audit trail, biex b'hekk tiżgura li kull pass tal-proċess tax-xiri u l-bejgħ tal-frott u l-ħaxix jiġi rreġistrat ċentralment dak il-ħin. Saret ukoll referenza għal dan li ġej:

  1. Ladarba l-Pjan ta' Kontinwità tal-Operat, li jkun għadu kif ġie mfassal, jiġi ffinalizzat, l-MFA għandha tirrevedih u tittestjah regolarment biex tiżgura li jibqa' rilevanti u effettiv kontra t-theddid u r-riskji li qed jevolvu.

  2. L-MFA għandha tiżviluppa u tifformalizza l-Proċeduri Operattivi Standard (SOPs) tagħha stess, speċjalment fl-użu ta' kuljum tas-sistema ewlenija tal-PMMS madwar il-Pitkalija f'Ta' Qali, biex tiżgura li l-impjegati jifhmu u jsegwu kif suppost il-proċeduri stabbiliti.

  3. Il-cables tan-network għandhom jiġu rranġati b'mod adegwat, il-kmamar fejn hemm installati l-cabinets tan-netwerk jinżammu nodfa, u fejn hu applikabbli, il-kmamar ikunu mgħammra bl-arja kundizzjonata u l-cabinets tan-network ikollhom ventilazzjoni adegwata. Barra minn hekk, l-NAO għamel xi rakkomandazzjonijiet biex itejjeb il-miżuri eżistenti tas-sigurtà tal-Cash Office.

  4. L-NAO rrakkomanda wkoll li l-MFA timplimenta sistema li tinforma lill-bejjiegħa biex iġeddu l-liċenzja annwali tagħhom f'perjodu ta' żmien stipulat, ittejjeb is-sit elettroniku tal-MFA biex toffri żewġ lingwi differenti u kultant żmien twettaq eżerċizzji ta' tindif tad-dejta fuq is-sistema ewlenija tal-IT tagħha minħabba l-volum sinifikanti ta' dejta li tipproċessa kuljum.



    Dan ir-Rapport huwa aċċessibbli mis-sit uffiċjali  tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika www.nao.gov.mt jew mill-paġna ta' Facebook www.facebook.com/NAOMalta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow